Xiao Hong jew Hsiao Hun (1 ta’ Ġunju 1911- 22 ta’ Jannar 1942) kienet awtriċi Ċiniża. Bħala tfajla ċkejkna (Ċiniż: 乳名; Pinyin: rǔmíng), hi kienet magħrufa bħala Zhang Ronghua. L-isem formali li kienet tuża l-iskola (Ċiniż: 学名; Pinyin; xuémíng) kien Zhang Xiuhuan. Hija użat ukoll Qiao Yin u Lingling bħala psewdonimi.

Xiao Hong
Ħajja
Isem propju 张秀环
Twelid Distrett ta' Hulan, 1 Ġunju 1911
Nazzjonalità Repubblika taċ-Ċina
dinastija Qing
L-ewwel lingwa Standard Taiwanese Mandarin (en) Translate
Mewt Ħong Kong, 22 Jannar 1942
Familja
Konjuga/i Duanmu Hongliang (en) Translate  (1938 -  22 Jannar 1942)
Edukazzjoni
Lingwi Ċiniż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni poeta
kittieb
saġġist

It-Tfulija ta’ Xiao Hong

immodifika

Xiao Hong twieldet f’familja sinjura ta’ sidien tal-propjetà fl-1 ta’ Ġunju tal-1911, il-ġurnata li fiha tiġi ċċelebrata l-Festa tad-Dgħajsa tad-Draguni, fil-kontea ta’ Hulan, li llum il-ġurnata magħrufa bħala l-Provinċja ta’ Heilongjiang[1]. It-tfulija ta’ Xiao Hong ma kinitx waħda ferriħija. Ommha mietet meta kellha disa’ snin. Attendiet skola tal-bniet f’ Harbin fl-1927, fejn ltaqgħet mal-ideat progressivi tal-Moviment tal-Erbgħa ta’ Mejju, kif ukoll ma’ letteratura Ċiniża u barranija. Tfulitha kienet influwenzata b’mod sinifikanti minn żewġ persuni: missierha, raġel biered u krudili; u nannuha, li kien l-uniku wieħed f’familtha li kien jifhimha. Fil-ktieb tagħha 《永久的憧憬和追求》(Pinyin: ‘Yǒngjiǔ de chōngjǐng hé zhuīqiú’; Ingliż: ‘Eternal Vision and Pursuit’), ippubblikat fl-1979, hi tikteb, “Missieri kemm-il darba tilef l-umanità tiegħu minħabba l-egoiżmu. Huwa ġab ruħu mal-qaddejja tiegħu, uliedu, u nannuhi bl-istess xeħħa, aljenazzjoni u anke krudeltà.” Xiao Hong kienet tistaħba fil-kamra ta’ nannuha wara li missierha kien isawwatha. Hi kienet issib il-faraġ u l-imħabba f’nannuha li kien iqawwilha qalbha[1].

Xiao Hong u Lu Xun

immodifika

Fl-1927 Xiao Hong saret qarrejja tal-letteratura moderna u x-xogħol ta’ Lu Xun kien fost il-favoriti tagħha[1]. Il-kitba ta’ Hong tiffoka fuq aspetti relazzjonali tal-‘jien’ individwali, u l-emozzjonijiet u l-esperjenzi li taqsam mal-oħrajn[2].

Qabel Xiao Hong u Xiao Jun marru Shanghai, huma bagħtu manuskritt ta’ xogħolhom lil Lu Xun. Lu Xun qara l-manuskritt ma waslu u aċċetta t-talba tagħhom biex jingħaqdu mal-awturi żgħażagħ politikament xellugin. Lu Xun ippubblika kemm ir-rumanzi ta’ Xiao Hong kif ukoll ta’ Xiao Jun fis-sensiela letterarja《奴隶丛书》 (Pinyin: Núlì cóngshū; Ingliż; ‘Slave Series’)[1].

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b ċ d "Xiao Hong | Chinese writer | Britannica". www.britannica.com (bl-Ingliż). Miġbur 2023-03-16.
  2. ^ Ho, Felicia Jiawen (2012). Full Spectrum of Selves in Modern Chinese Literature: From Lu Xun to Xiao Hong (Teżi) (bl-Ingliż). Miġbur 2023-03-16.