Il-WorldCat huwa katalgu kkonsolidat li jelenka l-kollezzjonijiet ta' 15,600 librerija f'107 pajjiżi[1] li jipparteċipaw fil-kooperattiva globali OCLC. Dan imħaddem minn OCLC, Inc.[2] Il-libreriji membri li jabbonaw fih, kollettivament jieħdu ħsieb il-manutenzjoni tal-bażi tad-data tal-WorldCat, l-akbar bażi tad-data biblijografika fid-dinja.[3] Il-bażi tad-data tinkludi sorsi oħra ta' informazzjoni flimkien mal-kollezzjonijiet tal-libreriji membri.[4] L-OCLC tipprovdi l-katalgu WorldCat b'xejn għal-libreriji, iżda l-katalgu huwa l-pedament għal servizzi OCLC oħra ta' abbonament (bħall- qsim tar-riżorsi u l-immaniġġjar tal-ġbir). Il-WorldCat jintuża mil-librara għall-ikkatalogar u r-riċerka u mill-pubbliku ġenerali.

L-OCLC twaqqfet fl-1967 taħt it-tmexxija ta' Fred Kilgour.[5] Dik l-istess sena, OCLC bdiet tiżviluppa t-teknoloġija tal-katalgu kkonsolidat li aktar tard evolviet fil-WorldCat; l-ewwel xogħlijiet fil-katalgu ġew miżjuda fl-1971.[6]

Fl-2003, l-OCLC bdiet il-programm pilota "Open WorldCat", u għamlet rekords imqassra minn sottogrupp tal-WorldCat disponibbli għal siti web u bejjiegħa tal-kotba msieħba, biex tiżdied l-aċċessibilità tal-kollezzjonijiet għal-libreriji membri abbonati magħha.[7]

F'Ottubru 2005, l-istaff tekniku tal-OCLC beda proġett wiki, WikiD, li jippermetti lill-qarrejja jżidu kummentarju u informazzjoni strutturata fuq il-post assoċjata ma' kwalunkwe rekord tal-WorldCat.[8] Il-proġett WikiD eventwalment tneħħa gradwalment, u l-WorldCat aktar tard inkorpora kontenut iġġenerat mill-utenti b'modi oħra.

Fl-2006, il-WorldCat infetah biex kulħadd seta' jfittex direttament fis-sit web tiegħu,[9] mhux biss permezz tal-interfaċċa tal-FirstSearch tal-abbonament li kien ilu għaxar snin disponibbli fuq il-web għal-libreriji abbonati.[10] Tfittxijiet aktar sofistikati tal-WorldCat baqgħu disponibbli permezz tal-interfaċċa tal-FirstSearch.

Fl-2007, il-WorldCat Identities bdew jipprovdu paġni għal 20 miljun "identità", li huma metadata dwar l-ismijiet –prinċipalment awturi u persuni li huma s-suġġetti ta' titli ppubblikati.

Fl-2017, l-API tat-tiftix fuq il-WorldCat tal-OCLC ġiet integrata fl-għodda għar-referenzi tal-VisualEditor fil-Wikipedija, li tippermetti lill-edituri tal-Wikipedija jikkwotaw sorsi mill-WorldCat faċilment.[11][12]

Mill-2017, l-OCLC u l-Internet Archive bdew jikkollaboraw biex ir-rekords tal-Internet Archive tal-kotba diġitalizzati jkunu disponibbli fil-WorldCat.[13]

Minn Lulju 2020, il-WorldCat kien fih kważi 500 miljun rekord biblijografiku f'483 lingwa, li jirrappreżentaw aktar minn tliet biljun assi tal-libreriji fiżiċi u diġitali,[2] u s-sett tad-data tal-persuni fil-WorldCat (miġbur mill-WorldCat) kien jinkludi 'l fuq minn 100 miljun persuna.[14]

Il-kontribuzzjonijiet tal-libreriji lill-WorldCat isiru permezz tal-programm tal-kompjuter Connexion, li ġie introdott fl-2001; il-predeċessur tiegħu, Passaport OCLC, tneħħa gradwalment f'Mejju 2005.

Ħoloq esterni

immodifika
  • Sit web uffiċjali
  • "Informazzjoni fuq is-sit web tal-OCLC dwar il-WorldCat".
  • "Formati Biblijografiċi - OCLC".
  • "WorldCat Identities".

Referenzi

immodifika
  1. ^ "About OCLC". OCLC (bl-Ingliż). 2021-03-25. Miġbur 2021-05-06.
  2. ^ a b "Inside WorldCat". OCLC (bl-Ingliż). 2021-03-12. Miġbur 2021-05-06.
  3. ^ Oswald, Godfrey (2017). Library world records. Jefferson, North Carolina.
  4. ^ "WorldCat Discovery - content list" (XLS).
  5. ^ Fox, Margalit (2006-08-02). "Frederick G. Kilgour, Innovative Librarian, Dies at 92" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-05-06.
  6. ^ "WorldCat - Delivering Quality". OCLC (bl-Ingliż). 2021-03-12. Miġbur 2021-05-06.
  7. ^ Quint, Barbara (2003-10-27). "OCLC Project Opens WorldCat Records to Google". newsbreaks.infotoday.com. Miġbur 2021-05-06.
  8. ^ "WikiD". OCLC (bl-Ingliż). 2020-05-04. Miġbur 2021-05-06.
  9. ^ Hane, Paula J. (2006-07-17). "OCLC to Open WorldCat Searching to the World". newsbreaks.infotoday.com. Miġbur 2021-05-06.
  10. ^ Prucha, Francis Paul (1994). Handbook for research in American history : a guide to bibliographies and other reference works. Lincoln: University of Nebraska Press. pp. 25–27.
  11. ^ "OCLC and Wikipedia Library link citations to millions of library materials, expanding access to quality sources". web.archive.org. 2020-09-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2020-09-12. Miġbur 2021-05-06.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  12. ^ Orlowitz, Jake (2017-05-11). "You can now add automatically generated citations to millions of books on Wikipedia" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-05-06.
  13. ^ Michalko, Jim (2017-10-12). "Syncing Catalogs with thousands of Libraries in 120 Countries through OCLC" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-05-06.
  14. ^ "WorldCat - Linked data". OCLC (bl-Ingliż). 2021-02-11. Miġbur 2021-05-06.