Wikipedija:Paġni għat-tħassir/Is-Saltna tal-Ħamsin
- Id-diskussjoni segwenti hi arkivju ta' dibattitu fuq proposta għat-tħassir tal-artiklu. Jekk jogħġbok timmodifikahiex. Kummenti sussegwenti jridu jsiru fuq il-paġna ta' diskussjoni approprjata (bħall-paġna ta' diskussjoni tal-artiklu jew fir-reċensjoni tat-tħassir. M'għandha ssir ebda modifika oħra fuq din il-paġna.
Ir-riżultat kien ħassar.
Dan l-artiklu jitratta dwar ktieb li ma jilħaq l-ebda kriterju ta' notorjetà tal-Wikipedija. —Chrisportelli (d) 09:33, 16 Settembru 2010 (UTC)[wieġeb]
Diskussjoni
immodifikaJien naħseb, jekk aħna l-Maltin ser nikbru u navvanzaw, irridu nużaw kull faċilita' biex ngħinu t-talenbti tagħna u dawk li jeżerċitawhom u mhux nużaw skużi banali biex nħassru avviż ta' ktieb fuq il-Wikipedia. Dal-ktieb naħseb ħa jkun fost l-ewwel li huma fil-genre' ta' fantaxjenza f'Malta, miktub speċjalment għaż-żgħażagħ. Ta' min nagħtuġ sapport u mhux naħdmu kontriħ. -- Fr. Emmanuel Schembri
- Dan mhux il-każ fuq jekk nesponux it-talent Malti jew le. Illum il-ġurnata (aktar minn qatt qabel) hawn miljun mezz biex wieħed jirreklama l-prodott tiegħu (f'dan il-każ, ktieb). L-għan prinċipali wara l-artiklu tiegħek huwa ċertament għal finijiet ta' promozzjoni tal-ktieb tiegħek – dan imur 'il hinn mill-għan tal-Wikipedija, dik li tipprovdi enċiklopedija ta' kotenuti varji, ħielsa minn kwalunkwe promozzjoni.
- Punt ieħor li xtaqt insemmi hu fuq in-notorjetà tal-ktieb. Fl-intervent tiegħek qgħidt "naħseb ħa jkun [...]" li turi biċ-ċar li hija opinjoni personali tiegħek, li tista' tkun opinjoni tiegħek biss (il-ħaġa hija suġġettiva). Dan imur kontra l-prinċipju fundamentali tal-punt ta' vista newtrali. Billi tgħid li dan se jkun "fost l-ewwel li huma fil-genre' ta' fantaxjenza f'Malta" hija konklużjoni kemmxejn azzardanti. Ma narax li l-ktieb għamel xi suċċessun, jew li qiegħed jissemma. Is-sapport tista' tiksbu minn diversi mkejjen, u illum hawn diversi postijiet fejn tista' tippromwovi l-ktieb tiegħek. Meta tikkontribwixxi fuq il-Wikipedija għandek tmur 'il hinn minn finijiet personali.
- Taranix li rrid noħnoq il-kreazzjoni tiegħek. Jekk il-ktieb jilħaq il-kriterji ta' notorjetà ma narax għaliex m'għandiex noħolqu artiklu rispettiv għalih. Imma narah li għadu kmieni wisq u ftit li xejn jixraqlu artiklu. —Chrisportelli (d) 17:04, 24 Settembru 2010 (UTC)[wieġeb]
- Id-diskussjoni t'hawn fuq għandha tiġi priservata bħala arkivju tad-dibattitu. Jekk jogħġbok timmodifikahiex. Kummenti sussegwenti jridu jsiru fuq il-paġna ta' diskussjoni approprjata (bħall-paġna ta' diskussjoni tal-artiklu jew fir-reċensjoni tat-tħassir. M'għandha ssir ebda modifika oħra fuq din il-paġna.