Wallace Philip Gulia

imħallef u poeta

Wallace Philip Gulia (4 ta' Marzu 1926 – 11 ta' Ġunju 2000) kien imħallef u poeta Malti.

Wallace Philip Gulia
Ħajja
Twelid 4 Marzu 1926
Nazzjonalità Malta
Mewt 11 Ġunju 2000
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni imħallef
għalliem fl-università

Huwa twieled fl-4 ta' Marzu 1926, bin Salvatore u Carmen née Cilia.

Beda l-istudji tiegħu fil-Liċeo bejn l-1936 u l-1942 u kompla fl-universitajiet ta’ Malta, Londra u Manchester fejn kiseb il-B.Sc.,Ph.C fl-1945, B.A. fl-1949 u LL.D. fl-1952.[1]

Ħadem favur l-ilsien Malti bħala Segretarju tal-Għaqda tal-Malti fl-Università ta’ Malta, u okkupa wkoll il-kariga ta’ President tal-Akkademja tal-Malti bejn l-1974 u l-1984.[1]

L-Imħallef Gulia kien lecturer fl-Amministrazzjoni Pubblika u fit-Teorija Soċjali u Politika u għallem ukoll il-Liġi tal-Amministrazzjoni. Huwa kellu l-kariga ta’ Avukat tal-Kuruna u kien chairman tal-Bord tal-Arbitraġġ tal-Artijiet, tal-Mental Health Review Tribunal, tal-Kunsill tal-Istudenti Universitarji u tas-Soċjetà Maltija tal-Għomja.[2]

Kien membru tar-Royal Institute of Public Administration tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq fl-1947 u imħallef tal-Qrati Maltin bejn l-1983 u l-1992. Huwa pparteċipa u qara karti f'konferenzi internazzjonali f'Bejrut u New Delhi.

Gulia miet fil-11 ta' Ġunju 2000.

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b Spiteri, Christopher (1990). "Interview with Mr. Justice Professor Wallace PH. Gulia, B.A.,B.SC.,Ph.C., D.P.A., M.A. (Admin.),LL.D." (PDF). Università ta' Malta - Id-Dritt - Law Journal (bl-Ingliż).
  2. ^ "History - Malta Society of the Blind". www.maltasocietyoftheblind.org. Miġbur 2023-04-21.