Valentyna Radzymovska
Valentyna Radzymovska (twieldet fl-1 ta' Ottubru 1886 – mietet fit-22 ta' Diċembru 1953) kienet riċerkatriċi Ukrena fil-oqsma tal-bijokimika u l-fiżjoloġija, kif ukoll attivista pubblika tal-moviment nazzjonali Ukren.
Valentyna Radzymovska | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Lubny, 1886 |
Nazzjonalità | Ukrajna |
Mewt | Champaign (en) , 22 Diċembru 1953 |
Familja | |
Missier | Vasyl Yanovsky |
Omm | Lyubov Yanovska |
Edukazzjoni | |
Alma mater | Women's Higher Courses (Kyiv) (en) |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | tabib |
Impjegaturi | Università Nazzjonali ta' Taras Shevchenko ta' Kiev |
Ħajja bikrija u karriera
immodifikaValentyna twieldet f'Lubny f'familja ta' kittieba Ukreni. Ommha kienet Lyubov Yanovska.
Studjat fl-Università ta' San Pietruburgu, ir-Russja, bis-saħħa ta' permess speċjali mingħand l-Imperatur Russu Nicolas II, minkejja li n-nisa dak iż-żmien ma kinux jitħallew jistudjaw fl-università. Madankollu, ma tħallietx tistudja l-mediċina peress li ħadet sehem f'attività politika illegali li kienet tappoġġa r-rinaxximent nazzjonali Ukren. B'hekk fl-1904 kellha titlaq lejn Kiev fejn iggradwat mill-università fl-1913. Radzymovska ngħaqdet mal-persunal tal-presidenza tal-kimika fiżjoloġika taħt Oleksii Sadoven.
Fl-1924 ressqet it-teżi tad-dottorat tagħha u saret professur tal-bijokimika u tal-fiżjoloġija fl-Istitut Mediku u fl-Istitut Edukattiv tal-Poplu fi Kiev.
Iktar 'il quddiem fl-1930 ġiet arrestata mid-Direttorat Politiku tal-Istat Sovjetiku fuq akkużi politiċi fil-proċediment ġuridiku dwar l-Unjoni għal-Libertà tal-Ukrajna. Wara l-proċediment ġiet irrilaxxata mill-kustodja iżda xorta tkeċċiet mill-karigi tar-riċerka tagħha. Radzymovska rkuprat uħud mill-karigi f'nofs is-snin 30 tas-seklu 20. Fl-1939-1941 hija kienet professur tal-fiżjoloġija fl-Istitut Edukattiv ta' Melitopol.
Fl-1941 baqgħet fl-Ukrajna matul l-invażjoni u l-okkupazzjoni Ġermaniża. Kellha karigi fl-Istitut tal-Mediċina Klinika fi Kiev u kienet President fl-Università ta' Lviv. Fl-1943 marret tgħix il-Ġermanja u fl-1950 marret tgħix fl-Istati Uniti.
Mewt
immodifikaHija mietet f'Illinois fit-22 ta' Diċembru 1953.
Familja
immodifikaKellha żewġ ulied: Olga u Eugene Radzymovsky. Eugene kien riċerkatur fl-inġinerija (1905-1975) u professur fl-Università ta' Illinois f'Urbana-Champaign mill-1959.
Xogħlijiet notevoli
immodifika- Krontovski, A. A.; Radzimovska, V. V. (1922). "On the influence of changes of concentration of the H• resp. OH′ ions on the life of the tissue cells of vertebrates". The Journal of Physiology. 56 (5): 275–282. ISSN 0022-3751.
- Radzimowska, W. W.; Jazimirska, M. C. (1925). "Über die Bestimmung der Wasserstoffionen-Konzentration in Einzelnen Bakterienkolonien". Klinische Wochenschrift. 4 (2): 72–73. ISSN 0023-2173.