Unitajiet ta' kejl Maltin

Daż-żmien f'tranżazzjonijiet kummerċjali, tintuża s-sistema metrika esklużivament. Dawn l-unitajiet huma kważi kollha ta' interess storiku biss, għalkemm għadhom jintużaw f'xi idjomi jew frażijiet fissi Maltin. Ħafna minn dawn it-termini ġejjin direttament mill-unitajiet Għarbin u xi ftit minn unitajjiet Sqallin. L-ordinanza tal-piż u l-kejl tal-1921 (Weights and Measures Ordinance), mill-gvern Brittaniku, stabbilit uniformità fil-konverżjoni ta' dawn l-unitajiet tal-kejl. Dawn il-qisien ġew definiti bħala multipli sempliċi tal-unitajiet Imperjali li kienu jintużaw fir-Renju Unit dak iż-żmien.

L-unitajiet tat-tul kienu jintużaw tipikament għall-kejl ta' prodotti u l-qies tal-bini. Għad-distanzi tradizzjonalment kienu jużaw kemm jieħu ħin il-vjaġġ, għalhekk m'hemmx unitajiet fuq skala kbira.

Unitajiet tat-tul
Unità Plural Valur
relattiv
Valur
metriku
Valur
imperjali
Noti
pulzier pulzieri 1/12 ~2.183 cm ~0.8594 in 55/64 ta' inch imperjali.
fitel iftla 1/2 ~13.1 cm ~5.156 in Din l-unità mhux imsemmija fl-att ta' 1921.
xiber xbar 1 ~26.19 cm ~10.31 in 10 u 5/16 inches imperjali.
qasba qasab, qasbiet 8 ~2.096 m ~2.292 yd Din tikkorrispondi mal-fathom, imma kienet tintuża kemm fil-kuntest tal-art u u kemm tal-baħar. Il-canna (qasba) Palermitana kienet ta' 2.065 m.

Fl-1921, dawn l-unitajiet ġew definiti mill-ġdid relattivament l-istandard imperjali Brittaniku. Dawn il-valuri jirriflettu din il-bidla.

Unitajiet tal-kejl superfiċjali tal-art
Unità Plural Valur
relattiv
Valur
metriku
Valur
imperjali
Noti
kejla kejliet 1/60 ~18.74 m² ~22.41 sq yd
siegħ sigħan 1/6 ~187.4 m² ~224.1 sq yd
tomna tmien,tomniet 1 ~1,124 m² ~1344 sq yd 5/18 acre. Din l-unità hi eżatt 256 qasba kwadra. Xi minn daqqiet imsejħa tumolo f'testi Ingliżi. Is-sensara ukoll għadhom isejħulhom Tumoli Cf. dunam.
wejba wejbiet 4 ~4497 m² ~1.111 acres 10/9 acres.
modd mdied 16 ~17998 m² ~4.444 acres 40/9 acres
Unitajiet kwadri
Unità Plural Valur
relattiv
Valur
metriku
Valur
imperjali
Noti
pulzier kwadru pulzieri kwadri 1/144 ~4.765 cm² ~0.7385 sq in
fitel kwadru iftla kwadri 1/4 ~171.5 cm² ~26.59 sq in
xiber kwadru xbar kwadri 1 ~686.1 cm² ~106.3 sq in
qasba kwadra qasbiet kwadri 64 ~4.391 m² ~5.252 sq yd

Birra, inbid, u spirti

immodifika
Unitajiet ta' volum (birra, inbid u spirti)
Unità Plural Valur
relattiv
Valur
metriku
Valur
imperjali
pinta pinet 1/8 ~142.1 ml 0.25 pt
terz terzi 1/4 ~284.1 ml 0.5 pt
nofs infas 1/2 ~568.3 ml 1 pt
kartoċċ krateċ 1 ~1.137 l 2 pt
kwarta kwarti 4.75 ~5.398 l 9.5 pt
ġarra ġarar 9.5 ~10.8 l 2.375 gal
barmil bramel 38 ~43.19 l 9.5 gal

Ħalib u żejt

immodifika
Unitajiet ta' volum (ħalib u żejt)
Unità Plural Valur
relattiv
Valur
metriku
Valur
imperjali
Noti
kwartin kwartini 1/40 ~31.96 ml 1.125 fl oz Imsemmi fl-Att tal-1921 biss.
kejla kejliet 1/10 ~127.9 ml 4.5 fl oz Imsemmija fl-Att tal-1921 biss.
terz terzi 1/4 ~319.6 ml 11.25 fl oz Għandu plurali oħra: triezi, triez u truz
nofs infas 1/2 ~639.3 ml 22.5 fl oz, jew
1.125 pints
kartoċċ krateċ 1 ~1.279 litres 2.25 pt
kwarta kwarti 4 ~5.114 L 9 pt, jew
1.125 gal
qafiż qofża 16 ~20.46 L 4.58 gal Imsemmi fl-Att tal-1921 biss.

Prodotti nixfin

immodifika

Ta' min jinnota li hemm żewġ valuri differenti għas-siegħ (1/10 u 1/6 tomna, rispettivament).

Unitajiet ta' volum (prodotti nixfin)
Unità Plural Valur
relattiv
Valur
metriku
Valur
imperjali
Noti
lumin lumini 1/600 ~30.31 ml ~1.849 cu in
kejla kejliet 1/60 ~303.1 ml ~18.49 cu in Fid-dokumenti notarjali antiki tissejjaħ "mondell/o/u". Il-mondello jew munneddu Sqalli kien daqs 4.28 l. Il-kelma mondello ġejja minn mudd/modd bl-Għarbi li ġejja minn modus bil-Latin. Bil-Malti hi unità oħra; ara l-aħħar ringiela.
siegħ sigħan 1/10 ~1.818 l ~111 cu in Dan il-valur li jagħti Aquilina. L-att tal-1921 jagħti valur differenti. Dan l-amont hu eżatt 3.2 pints imperjali.
għabara għabriet 1/6 ~3.031 l ~184.9 cu in, or
~0.107 cu ft
Imsemmija f'Aquilina biss. L-att tal-1921 jagħti dal-valur għas-siegħ u ma' jsemmix l-għabara.
tomna tmien, or
tomniet
1 ~18.18 l ~0.6422 cu ft Xi minn daqqiet imsejjaħ tumolo f'testi bl-Inglż. Din eżatt 4 galluni imperjali.

It-tomolo Palermitan kien ta' 17.18 l.

modd mdied 16 ~290.9 L ~10.27 cu ft, or
~0.3805 cu yd
Aquilina jagħti wkoll 'salma'. Dan eżatt 64 gallun imperjali. Is-salma Palermitana kienet daqs 275 l.
Unitajiet tal-volum (unitajiet kubi)
Unità Plural Valur
relattiv
Valur
metriku
Valur
imperjali
pulzier kubu pulzieri kubi 1/1728 ~10.4 ml ~0.6347 cu in
fitel kubu iftla kubi 1/8 ~2.246 L ~137.1 cu in
xiber kubu ixbar kubi 1 ~17.97 L ~1097 cu in
qasba kubu qasab kubi, jew
qasbiet kubi
512 ~9.202 kl ~12.04 cu yd

L-unitajiet Maltin tal-massa kollha ġew definiti mill-ġdid relattivament mat-ton imperjali Brittanika fl-1921. Qabel wieħed jista' jissoponi li kienu bbaażati fuq standard Għarbi.

Unitajiet tal-massa
Unità Plural Valur
relattiv
Valur
metriku
Valur
imperjali
Noti
ottav ottavi 1/8 uqija ~3.307 g ~0.1167 oz Imsemmi fl-att tal-1921 biss.
kwart (ta'uqija) kwarti 1/4 uqija ~6.615 g ~0.2333 oz Imsemmi fl-att tal-1921 biss.
uqija ewieq 1/30 ~26.46 g ~0.9333 oz
kwart (ta' ratal) kwarti 1/4 ~198.4 g 7 oz
ratal irtal 1 ~793.8 g 28 oz, or
1.75 lb
Ir-rotolo Palermitan kien ta' 793.4 g.
qsima qsimiet 1.25 ~992.2 g 35 oz, or
2.1875 lb
wiżna wiżniet 5 ~3.969 kg 8.75 lb
qantar qnatar 100 ~79.38 kg 175 lb Il-cantaro Palermitan kien ta' 79.34 kg.
peżata peżati 300 ~238.1 kg 525 lb Imsemmija fl-att tal-1921 biss.

Referenzi

immodifika