Tuta tal-għollieq
It-tuta tal-għollieq hi frotta li tittiekel magħmula minn xi waħda mix-xtieli tal-għollieq ta' bosta speċi fil-ġeneru Rubus tal-familja Rosaceae. Il-frotta mhux bakka tassew; botanikament tissejjaħ "frotta aggregata", magħmula minn drupi żgħar. Tipikament il-pjanti jkollhom zkuk biennali u għeruq perenni. Dan huwa grupp mifrux, u magħruf sewwa ta' aktar minn 375 speċi, li ħafna minnhom huma mikrospeċi apomitiċi li jiġu minn xulxin mill-qrib, indiġeni fil-partijiet tal-Emisfera ta' Fuq u tal-Amerika t'Isfel li għandhom klima moderata[1]. F'Malta tikber speċi waħda bl-isem Rubus ulmifolius.
Tuta tal-għollieq | |
---|---|
Tut tal-għollieq misjur, qiegħed isir u nej fuq l-istess xitla | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Plantae |
(mhux klassifikata): | Angiospermae |
Sottodiviżjoni: | * Rubus ursinus
U mijiet ta' speċi oħrajn |
(mhux klassifikata): | Eudicotyledones |
(mhux klassifikata): | Rosidae |
Ordni: | Rosales |
Familja: | Rosaceae |
Ġeneru: | Rubus |
Sottoġeneru: | Rubus (qabel Eubatus) |
Il-mod kif tikber u deskrizzjoni anatomika
immodifikaL-għollieq hu pjanta perenni li tipikament toħroġ zkuk biennali mis-sistema perenni tal-għeruq [2].
Fl-ewwel sena tagħha, joħroġ zokk ġdid, il-primocane, li jikber bil-qawwa sa ma jilħaq 3–6 m (ġieli, sa 9 m), jitgħawweġ u jixxeblek mal-art u joħroġ weraq kbar "palmati komposti" b’ħames jew seba' wrejjaq; dan ma jwarradx. Fit-tieni sena iz-zokk isir floricane u ma jitwalx aktar, iżda joħroġ l-blanzuni laterali li jipproduċu friegħi laterali li jwarrdu (li jkollhom weraq iżgħar bi tliet jew ħames urejjaq)[2]. Ir- rimjiet tal-ewwel u t-tieni sena s-soltu jkollhom ħafna xewk qasir mgħawweġ li jniggeż ħafna. Xi kultivari bla xewk ġew żviluppati. Riċentement fl-Università ta' Arkansas żviluppaw tut tal-għollieq primocane li jikber u jwarrad fuq iz-zkuk tal-ewwel sena bħal-lampun aħmar primocane.
Mingħajr rażan, ix-xtieli maturi jiffurmaw tgħaqqida folta ta' zkuk mgħawġin u mħabblin u f'ħafna speċi l-friegħi jagħmlu l-għeruq meta jmissu mal-art. L-arbuxxelli tat-tut tal-għollieq jittolleraw ħamrija fqira u jikbru maljar u ma jdumux ma jikkolonizzaw kull fejn isibu [1][3].
Il-fjuri joħorġu fl-aħħar tar-rebbiegħa u l-bidu tas-sajf fuq raċemi qsar fit-truf tal-laterali warradija. [2] Kull fjura hija madwar 2-3 ċm fid-dijametru b'ħames petali bojod jew roża ċar [2].
Id-drupi żgħar jiżviluppaw biss madwar ovuli li jkunu fertilizzat mill-gameti maskili minn trab atl-pollin. L-aktar kawża probabbli ta' ovuli li ma jiżviluppawx hi n-nuqqas ta' żjarat mill-pollinaturi[4] . Anke bidla żgħira fil-kondizzjonijiet, bħall-ġurnata bix-xita jew ta' ġurnata taħraq wisq għan-naħal biex ikomplu jaħdmu wara filgħodu kmieni, tista' tnaqqas l-għadd ta' żjarat tan-naħal fuq il-fjuri, u b'hekk tnaqqas il-kwalità tal-frott. L-iżvilupp mhux komplut tad-drupi żgħar jista' wkoll ikun sintomu ta' riservi moħlija fl-għeruq tax-xtieli, jew infezzjoni b'viru.
Fit-terminoloġija botanika, il-frott mhux bakka, iżda frott aggregat minn ħafna drupi żgħar.
Ekoloġija
immodifikaIl-weraq tal-għollieq jikluh ċerti dud tal-ħaxix; xi mammiferi li jirgħu, speċjalment iċ-ċriev, iħobbuhom ħafna l-weraq tiegħu. Id-dud tal-baħrija Alabonia geoffrella jieklu l-ġewwieni tar-rimjiet mejta tal-għollieq. Meta jkun misjur, il-frott jikluh bosta mammiferi bħall-volpi l-aħmar u t-tassu Ewrażjatiku, kif ukoll minn għasafar żgħar u dawn l-annimali jxerrdu ż-żerriegħa tiegħu. [5].
Kultivazzjoni u użi
immodifikaL-ikbar kultivazzjoni ssir fl-istat ta' Oregon fl-Istati Uniti. L-Oregon ipproduċa 19.3 miljun kg fuq 25km2, fl-1995 [6] u 25.5 miljun kg fuq 20km2 fl-2009.[7] Filwaqt li l-Oregon hu l-ewwel fid-dinja għall-volum ta' frott prodott, is-Serbja għandha erja enormi ta' għelieqi b’din il-frotta.
Hu magħruf li t-tut tal-għollieq fih l-antiossidanti polifenoli, kimiċi li jinsabu fin-natura u li jistgħu jagħtu spinta lil ċerti proċessi metaboliċi ta' ġid fil-mammiferi. L-għeruq tat-tut tal-għollieq li huma astrinġenti gieli jintużaw fil-fitoterapija għal-fejqan tad-dijarea u d-diżinterija[8].
F'xi partijiet tad-dinja, bħal fl-Awstralja, iċ-Ċili, New Zealand u r-reġjun tal-Paċifiku Majjistru tal-Amerika, xi speċi tat-tut tal-għollieq, partikolarment Rubus armeniacus(syn.R. procerus, "Himalaya") u Rubus laciniatus saru naturalizzati u meqjusa bħala speċi invażivi u ħaxix ħażin li jikber ħafna [1]
Peress li hemm xhieda forensika mill-Mara ta' Haraldskær tal-Età tal-ħadid li kienet kielet it-tut tal-għollieq xi 2500 sena ilu, huwa raġonevoli li wieħed jikkonkludi li t-tut tal-għollieq kien jittiekel mill-bniedem ħafna eluf ta' snin ilu.
Mard u insetti ta' ħsara
immodifikaId-drosofila bil-ġwienaħ bit-tikek Drosophila suzukii tagħmel ħsara serja lit-tut tal-għollieq. Kontra qaribitha d-dubbiena tal-frott Drosophila melanogaster li jogħġobha l-iżjed il-frott imħassar jew iffermentat, D. suzukii tattakka l-frott misjur frisk, billi tbid il-bajd taħt il-ġilda ratba. Il-larvi jfaqqsu u jikbru fil-frott u jeqirdu l-valur kummerċjali tal-frott.
Kultivari Kummerċjali
immodifikaIntgħażlu bosta kultivari għall-kultivazzjoni kummerċjali u dilettantistika fl-Ewropa[1] u fl-Stati Uniti[9]. Peress li ħafna mill-ispeċi jiffurmaw ibridi faċilment, hemm bosta kultivari b’aktar minn speċi waħda fost l-antenati tagħhom.
"Marion" hi kultivar importanti li ntgħażlet minn żerriegħa mdakkra bejn l-għolliqiet "Chehalem" u "Olallie"[10]. "Olallie" min-naħa l-oħra intgħażlet bid-dakkir bejn loganberry u youngberry. "Marion", "Chehalem" u "Olallie" huma biss tlieta mill-ħafna kultivari li jixxebilku tat-tut tal-għollieq żviluppati fil-programm tat-trobbija tat-tut tal-għollieq tad-Dipartiment tal-Agrikoltura tal-Istati Uniti.
Il-kultivari l-aktar riċenti li ħarġu minn dan il-programm huma l-kultivari bla xewk 'Black Diamond', 'Black Pearl' and 'Nightfall' kif ukoll l-għollieq bikri ħafna "Obsidian" u "Metolius". "Black Diamond" bħal issa hu l-kultivar ewlieni tli qiegħed jitħawwel fil-Majjistral ħdejn il-Paċifiku. Fost il-kultivari l-oħra minn dan il-programm hemm 'Waldo', 'Siskiyou', 'Black Butte', 'Kotata', 'Pacific' u 'Cascade'.[11].
L-għollieq li jixxeblek jikber aktar bil-qawwa, jifforma kuruna u jkollu bżonn kannizzata biex iżomm magħha. Dan jiflaħ iżjed għall-kesħa mill-għollieq wieqaf jew nofsu wieqaf. Minbarra fil-Majjistral tal-Istati Uniti ħdejn il-Paċifiku, dawn it-tipi jmorru tajjeb fl-klimi simili bħal fir-Renju Unit, finNew Zealand, fiċ-Ċili, u fil-pajjiżi tall-Mediterran.
Għollieq nofsu wieqaf mingħajr xewk ġie żviluppat għall-ewwel darba f'Norwich, fir-Renju Unit, u wara f'Beltsville, Maryland. Dawn huma jiffurmaw kuruna, jikbru bil-qawwa ħafna, u jkollhom bżonn kannizzata biex iżżommhom. Fost dawn il -kultivari nsibu 'Black Satin' 'Chester Thornless', 'Dirksen Thornless', 'Hull Thornless', 'Loch Ness', 'Loch Tay', 'Merton Thornless', 'Smoothstem' u 'Triple Crown'. Dan l-aħħar, fis-Serbja ġie żviluppat il-kultivar 'Cacanska Bestrna' u tħawwel fuq ħafna eluf ta' ettari hemmhekk.
L-Università ta' Arkansas żviluppat kultivari tal-għollieq wieqfa. Dawn it-tipi huma inqas vigorużi minn tipi nofshom wieqfa u jipproduċu zkuk ġodda minn ma' l-għeruq (għalhekk jinfirxu taħt l-art bħall-lampun). Minn dan il-programm ħarġu kultivari bix-xewk u u bla xewka, fosthomi 'Navaho', 'Ouachita', 'Cherokee', 'Apache', 'Arapaho' u 'Kiowa'. Huma wkoll responsabbli għall-iżvilupp t tal-għollieq li jagħmel il-frott fuq iz-zkuk ta’ inqas minn sena (primocane) bħal 'Prime-Jan' u 'Prime-Jim'.
Fl-lampun, dawn it-tipi jissejħu primocane. 'Prime-Jim' and 'Prime-Jan' ħarġu fl-2004 u huma l-ewwel kultivari primocanr tal-għollieq. Jikbru ftit jew wisq bħall-kultivari wieqfa oħra deskritti hawn fuq, però z-zkuk li joħorġu fir-rebbiegħa, jwarrdu f'nofs is-sajf u jagħmlu l-frott tard fis-sajf jew fil-ħarifa. Il-frott tal-ħarifa jkun l-aħjar meta jsir fi klima ħafifa friska bħal f'California.
L-għollieqa bix-xewk nofsha wieqfa "Illini Hardy" introdotta mill-Università ta' Illinois għandha zkuk li jkampaw f'żoni ta' ħruxija 5, fejn tradizzjonalment il-produzzjoni tat-tut tal-għollieq kienet problematika, minħabba li z-zkuk spiss kienu jmutu fix-xitwa.
Nutrijenti u l-kwalitajiet anti-ossidanti
immodifikaIt-tut tal-għollieq hu magħruf għall-kontenut nutrizzjonali għoli ta' fibra, vitamina C, vitamina K, aċidu foliku (tip ta' vitamina B), u l-minerali essenzjali l-manganiż.
Nutrijenti | Valur kull 100 gramma | % Valur ta' kuljum |
---|---|---|
Enerġija | 43 kkal | |
Fibra, total dietiku | 5.3 g | 21% |
Zokkor, total | 4.9 g | |
Kalċju, Ca | 29 mg | 3% |
Manjeżju, Mg | 20 mg | 5% |
Manganiż, Mn | 0.6 mg | 32% |
Ramm, Cu | 0.2 mg | 8% |
Potassju, K | 162 mg | 5% |
Sodju, Na | 1 mg | 0% |
Vitamina C, total tal-aċtu askorbiku | 21 mg | 35% |
Vitamina A, IU | 214 IU | 4% |
Vitamina K, µg | 20 µg | 25% |
Aċtu Foliku, µg | 36 µg | 9% |
Karotina, beta | 128 µg | ne |
Luteina + żeaχantina | 118 µg | ne |
nota: Il-valur ta' kuljum mhux stabbilit
It-tut tal-għollieq hu wieħed mill-frott li fih l-antiossidanti, b'mod partikolari minħabba l-kontenut dens li fih ta' komposti polifenoliċi, bħall-aċtu ellaġiku, it-tannini, l-ellagitannini, il-kwerċetina, l-aċtu galliku, l-antċijan u ċ-ċijanidina[13][14].
It-tut tal-għollieq għandu valur tal-ORAC (kapaċità tal-assorbenza tar-radikali tal-ossiġenu) ta' 5347 għal kull 100 gramma, li jagħmlu wieħed mill-ogħla fil-valur tal-ORAC. Rapport ieħor li juża metodi differenti għall-kejl tal-qawwa antiossidanta jqiegħed it-tut tal-għollieq fost l-aqwa minn 1000 ikel antiossidanti li jittiekel fl-Istati Uniti[15].
Il-kontenut nutrijenti fiż-żerriegħa
immodifikaIt-tut tal-għollieq fih ħafna żerriegħa kbira li mhux dejjem tintogħob mill-konsumaturi. Però iż-żerriegħa fiha xi żejt li hu rikk fl-omega-3 (aċtu alfa-linoleniku) u fix-xaħam -6 (aċtu linolejku), kif ukoll xi proteini, fibra, karotenojdi, ellagitannini u aċtu ellaġiku [16].
Folklor
immodifikaSkont il-folklor tar-Renju Unit it-tut tal-għollieq m'għandux jinġabar wara l-11 ta' Ottubru, li fl-antik kien il-festa ta' San Mikiel għax ix-xitan ikun għamilhom tiegħu billi jħalli t-tbajja fuq il-weraq meta jagħmel l-awrina fuqhom. Din il-leġġenda mhux vojta għal kollox għax wara dan iż-żmien minħabba x-xita u l-bard il-frott sikwit jiġi infettat minn bosta mofof bħal Botryotinia li jagħtuh dehra kerha u jista' jkun velenużi[17][18].
Referenzi
immodifika- ^ a b ċ d Huxley, A., ed. (1992). New RHS Dictionary of Gardening. Macmillan ISBN 0-333-47494-5.
- ^ a b ċ d "Gerard Krewer, Marco Fonseca, Phil Brannen, Dan Horton, 2004. Home Garden:Raspberries, Blackberries" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2020-02-07. Miġbur 2011-11-11.
- ^ Blamey, M. & Grey-Wilson, C. (1989). Flora of Britain and Northern Europe. ISBN 0-340-40170-2.
- ^ David L. Green 1996-2010. The Pollination Home Page
- ^ Fedriani, JM, Delibes, M. 2009. Functional diversity in fruit-frugivore interactions: a field experiment with Mediterranean mammals. Ecography 32: 983 - 992.
- ^ [1] Blackerry Production in Oregon
- ^ [2] Oregon Berry Production
- ^ Grieve, M. (1971). A Modern Herbal ISBN 0-486-22798-7
- ^ "Evergreen blackberry, Oregon Raspberry and Blackberry Commission". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-10-04. Miġbur 2011-11-17.
- ^ Marionberry, Oregon Raspberry and Blackberry Commission
- ^ Thornless processing blackberry cultivars, Horticultural Crop Research, Agricultural Research Service, US Department of Agriculture
- ^ Nutritiondata.com, nutrient data for this listing provided by USDA SR20
- ^ Wada L, Ou B Antioxidant activity and phenolic content of Oregon caneberries Journal of Agricultural and Food Chemistry vol. 50, paġni 3495–500, 2002
- ^ Hager TJ, Howard LR, Liyanage R, Lay JO, Prior RL, Ellagitannin composition of blackberry as determined by HPLC-ESI-MS and MALDI-TOF-MS, Journal of Agricultural and Food Chemistry, vol. 56, paġni 661–9, 2008
- ^ Halvorsen BL, Carlsen MH, Phillips KM, et al., Content of redox-active compounds (ie, antioxidants) in foods consumed in the United States, The American Journal of Clinical Nutrition, vol., paġni 95–135, 2006 [3]
- ^ Bushman BS, Phillips B, Isbell T, Ou B, Crane JM, Knapp SJ, Chemical composition of caneberry (Rubus spp.) seeds and oils and their antioxidant potential, Journal of Agricultural and Food Chemistry, vol. 52 paġni 7982–7, 2004
- ^ Historic-UK.com Michaelmas Facts
- ^ "Black Country Bugle - Michaelmas History and Traditions". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-03-30. Miġbur 2011-11-22.
Ħoloq esterni
immodifikaWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Tuta tal-għollieq |