FK Tomori Berat

(Rindirizzat minn Tomori)

Klubi Futbollistik Skënderbeu Korçë (jew Fk Tomori Berat) huwa klabb tal-futbol Albaniż li huwa bbażat ġewwa Berat. Huma jilgħabu fis-Superliga Albaniża, l-ogħla diviżjoni fil-futbol Albaniż. Il-grawnd tagħhom huwa Stadju Tomori. Il-klabb kien fondat fl-1923 bl-isem ta Tomori ASS u pparteċipaw għall-ewwel darba fil-Kampjonat Nazzjonali fl-1931.[1]

FK Tomori Berat
Isem sħiħ Futboll Klub Tomori Berat
Ismijiet oħra Tigrat e Beratit (It-Tigri ta' Berat),
Mistrecat
Fundazzjoni 1923
Grawnd Stadju Tomori, Berat
Proprjetarju Berat (en) Translate
Kowċ Bledar Sinella (en) Translate
Kampjonat Albanian First Division (en) Translate
L-ewwel
It-tieni
It-tielet
Sit uffiċjali

Il-klabb beda l-futbol fl-1923 u kien miżmum b'dawn l-ismijiet:

  • 1923-1926: KS Tomori
  • 1927-1929: KS Muzaka
  • 1952-1957: Puna
  • 1957–preżent KS Tomori

Il-logħba tal-futbol bdiet tikber ġewwa Berat, kien hemm ċertu studenti li ġew minn barra u ħolqu dan il-klabb. Huma bdew jixtru l-blalen u bdew jgħallmu r-regoli tal-logħba. Fl-1913 inħolqu xi timijiet bħal "Çunat e Lumit","Vakëfi","Kalaja","Opinga" etċ.

Fl-1923 ġewwa Berat,iffurmataw soċjetà "artistik & sport" Tomori, li mmarka era ġdida fl-istorja tal-isport f'Berat. Is-soċjetà "Tomori" ġiet stabbilita fl-iskola tal-faċilitajiet tal-lokal " Mangalem ", b'parteċipazzjoni ta '18-il żagħżugħ. Membri tal-Presidenza: (1923–1926) President: Zyhdi Doko, Segretarju: Shyqyri Lakra, Membri oħra: Lilo Xhimitiku, Andon Myzeqari, Vangjel Haxhistasa, Alqiviadhi Shyti,

Fl-1964 Tomori kienu runner-up fit-Tazza Albaniża, billi tilfu l-finali kontra KS Partizani. Fl-2000 FK Tomori kienu runners-up fil-kampjonat bl-għoti tal-penalties kontra FK Tirana li lagħbu aktar minn 120 minuta, wara l-iskor ta' 1:1.

Tomori rebħu l-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni Albaniża 4 darbiet : fl-1930, 1950, 1970, u 1977.

L-ewwel parteċipazzjoni tagħhom fil-futbol Ewropew kien fl-istaġun 2000-01 li daħlu fil-UEFA Cup, imma tilfu bl-aggregat ta' 2-5 kontra t-tim Ċiprijott APOEL FC.

Fl-istaġun 1991-1992 FK Tomori ipparteċipaw fit-Tazza Balkana iżda tilfu bl-aggregat ta' (2:4) kontra FC Oțelul Galați, li kienu runners-up fil-kompetizzjoni.

Tomori Stadium kien mibni fl-1985 u jżomm 14500 spettatur , li huwa t-tielet l-akbar stadju fl-Albanija wara l-Istadju Qemal Stafa u l-Istadju Loro Boriçi.[2] L-istadju finalment lesta r-rinnovazzjoni tiegħu kmieni fl-2012, fejn 13,000 biljetti marru fuq il-bejgħ għall-ewwel logħba li saret hemmhekk u l-interess kien għoli minħabba l-fatt li l-aħħar logħba tas-Superliga Albaniża li saret hemm fl-2002.[3]

Referenzi

immodifika
  1. ^ ALBANIAN FOOTBALL SEASON 1931
  2. ^ WorldStadiums
  3. ^ "10 vite pritje, Berati në festë". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-07-20. Miġbur 2013-02-13.

Ħoloq esterni

immodifika