Tjarrpecinus
Tjarrpecinus huwa ġeneru ta' mammiferi estinti, il-marsupjali karnivori (id-dasjuromorfji), eżattament il-Lupi marsupjali tal-kontinent ta' l-Awstralja.
Dan il-ġeneru qiegħed klassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani kollha u l-kolokolo tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel), fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent ta' l-Awstralja) u fil-familja Thylacinidae. Tjarrpecinus huwa ġeneru monotipiku li jiġbor fiħ speċi waħda biss estinta.
Dan il-ġeneru fossilu, instab f' depożiti ta' kmieni fil-Mijoċen ta' Riversleigh, fil-Majjistral ta' l-istat ta' Queensland, fl-Awstralja.
(għal aktar informazzjoni ara l-artiklu Dasyuromorphia)
Lista ta' uħud mill-ispeċi tal-ġeneru Tjarrpecinus
immodifika- Ġeneru Tjarrpecinus (Murray & Megirian, 2000)
- Tjarrpecinus rothi (Murray & Megirian, 2000) (estinta)
Referenzi
immodifika- Murray, P. & Megirian, D. 2000. Two new genera and three new species of Thylacinidae (Marsupialia) from the Miocene of the Northern Territory, Australia. The Beagle, Records of the Museum and Art Galleries of the Northern Territory 16:145-162.