Opossum ġurdien ta' denbu oħxon ta' żaqqu bajda
L-Opossum ġurdien ta' denbu oħxon ta' żaqqu bajd, magħruf xjentifikament bħala Thylamys pallidior, huwa mammiferu marsupjal, tat-tribù Thylamyini, fil-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju) u huwa wieħed mill-opossumi ġrieden ta' denbhom oħxon, nattiv tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel.
Opossum ġurdien ta' denbu oħxon ta' żaqqu bajda | |
---|---|
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Metatheria |
Superordni: | Ameridelphia |
Ordni: | Didelphimorphia (Gill,1872) |
Familja: | Didelphidae (Gray,1821) |
Sottofamilja: | Didelphinae |
Ġeneru: | Thylamys (Gray,1843) |
Speċi: | T. pallidior |
Isem binominali | |
Thylamys pallidior (Thomas,1902) | |
![]() | |
Firxa tal-Opossum ġurdien ta' denbu oħxon ta' żaqqu bajda |
Dan l-opossum ġurdien ta' denbu oħxon huwa marsupjal kemm arborju (jgħix fis-siġar) kif ukoll terrestri (jgħix mal-art), b'abitudni notturna (attiv bil-lejl).
DietaImmodifika
L-Opossum ġurdien ta' denbu oħxon ta' żaqqu bajda huwa marsupjal b'dieta primarjament insettivora, għalkemm frott, bajd tal-għasafar u annimali vertebrati żgħar bħal gremxul u ġrieden huma inklużi fid-dieta wkoll.
DistribuzzjoniImmodifika
Thylamys pallidior huwa speċi b'distribuzzjoni fil-kontinent tal-Amerika t'Isfel, mifruxa mal-Arġentina, il-Bolivja, iċ-Ċili u l-Peru.
KlassifikazjoniImmodifika
- Ordni Didelphimorphia
- Superfamilja]Didelphoidea
- Familja Didelphidae
- Sottofamilja Didelphinae
- Tribù Thylamyini
- Ġeneru Thylamys
- Opossum ġurdien ta' denbu oħxon ta' żaqqu bajda, Thylamys pallidior
- Ġeneru Thylamys
- Tribù Thylamyini
- Sottofamilja Didelphinae
- Familja Didelphidae
- Superfamilja]Didelphoidea
ReferenziImmodifika
- Gardner, Alfred (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4
- "Infonatura", sit b'informazzjoni dwar il-fawna tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel, inklużi il-marsupjali tal-ġeneru Thylamys
Ħoloq esterniImmodifika
- New World Marsupial Specialist Group 1996.Thylamys pallidior, Lista Ħamra tal-IUCN 2006.
- Lista varja ta' membri fil-ġeneru Thylamys
- Tassonomija tal-Mammiferi