Tessie Camilleri
Tessie Camilleri (6 ta' Jannar 1901 – 2 ta' Ottubru 1930) kienet l-ewwel mara li ggradwat mill-Università ta' Malta.
Bijografija
immodifikaTessie Camilleri twieldet fl-1901 f'familja edukata minn Tas-Sliema. Zitha, Giulia Camilleri, kienet spettur tal-iskejjel, waqt li tliet zijiet oħra kienu jmexxu skola privata fil-Belt Valletta.[1]
Camilleri daħlet l-Università ta' Malta f'Ottubru tal-1919, u segwiet korsijiet fil-letteratura Ingliża, fil-filosofija u fil-letteratura Latina. Iggradwat b'Baċellerat fil-Letteratura (B.Litt.) fit-2 ta' Mejju tal-1922.[1][2] Id-Daily Malta Chronicle irrappurtat hekk din il-gradwazzjoni storika: "Is-Sinjorina Camilleri spikkat bil-kbir fil-kors tal-letteratura, b'ħiliet u kisbiet intellettwali mhux tas-soltu. Nifirħulha mill-qalb ta' dan is-suċċess ferm mistħoqq li taha l-unur li tkun l-ewwel gradwata mara tal-Università ta' Malta".[3]
Iktar tard, iżżewġet lil Edgar Staines OBE, amministatur fl-Università ta' Malta (Segretarju tal-Kunsill fl-Universita'), u miegħu kellha erbat itfal. Mietet ta' 29 sena, fit-2 ta' Ottubru tal-1930.
Wieħed mill-passaġġi ewlenin tal-Università ta' Malta hu msemmi għaliha. Ir-rettur, il-Professur Juanito Camilleri, inawgura Vjal Tessie Camilleri f'Novembru tal-2007 fil-preżenza ta' tnejn minn uliedha.[3]
Referenzi
immodifika- ^ a b Malta's first female female graduate Times of Malta. 25 ta' Novembru 2007.
- ^ Camilleri, Patricia (2007) "The Rise and Rise of the Female Graduate: Some milestones in tertiary education for women in Malta" (PDF). L-Università ta' Malta.
- ^ a b "University immortalises first female graduate" Times of Malta. 23 ta' Novembru, 2007