Peter Mokaba Stadium

(Rindirizzat minn Stejdjum Peter Mokaba)

Peter Mokaba Stadium huwa grawnd tal-futbol f'Polokwane, l-Afrika t'Isfel, li ġie proġettat apposta għat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA 2010. Dan jesa' 41,733 u ġie msemmi wara Peter Mokaba, eks-kap tal-ANC Youth League.[1] Dan il-grawnd jinsab ħames kilometri 'l bogħod miċ-ċentru tal-belt u jinsab fil-Lvant tal-Pietersburg Stadium.

Peter Mokaba Stadium
Lokalità Polokwane, Afrika t'Isfel
Koordinati 23°55′29″S 29°28′08″E / 23.924689°S 29.468765°E / -23.924689; 29.468765Koordinati ġeografiċi: 23°55′29″S 29°28′08″E / 23.924689°S 29.468765°E / -23.924689; 29.468765
Inawgurazzjoni 2010
Proprjetarju Belt ta' Polokwane
Wiċċ Ħaxix
Spiża tal-kostruzzjoni Rand 1.24 biljun
Kapaċità 41,733

Dan l-impjant huwa wieħed mill-ħames impjanti ġodda li nbnew għat-Tazza tad-Dinja 2010. Għal Peter Mokaba Stadium intefqu R1,245,000,000 (USD $150 miljun). Il-grawnd se jkun użat prinċiparjament kemm għal partiti kif ukoll għat-taħriġ.

L-ewwel logħba li ntlagħbet ġewwa dan il-grawnd kienet logħba internazzjonali bejn l-Afrika t'Isfel u l-Gwatemala fil-31 ta' Mejju 2010, bl-Afrika t'Isfel tirbaħ 2–0.[2]

Tazza tad-Dinja 2010

immodifika
Data Ħin (UTC+2) Tim 1 Riżultat Tim 2 Rawnd Attendenza
13 ta' Ġunju 2010 16.00   Alġerija 0–1   Slovenja Grupp Ċ 30,325
17 ta' Ġunju 2010 20.30   Franza 0–2   Messiku Grupp A 35,370
22 ta' Ġunju 2010 20.30   Greċja 0–2   Arġentina Grupp B 38,891
22 ta' Ġunju 2010 20.30   Paragwaj 0–0   New Zealand Grupp F 34,850

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Peter Mokaba Stadium - Polokwane" (bl-Ingliż). FIFA.
  2. ^ Edwards, Piers (2010-05-31). "World Cup 2010: Aaron Mokoena poised to win 100th cap" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2010-05-31.

Ħoloq esterni

immodifika