It-Tieni Diviżjoni tal-Football League: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Paġna ġdida: Mill-1892 sal-1992, it-'''Tieni Diviżjoni tal-Football League''' kienet it-tieni l-ogħla diviżjoni fil-futbol Ingliż. Din spiċċat mal-ħolqien tal-[[Premier …
 
No edit summary
Linja 6:
 
==Storja==
 
Fl-1888, [[William McGregor]] kien il-qawwa prinċipali li wasslet biex isiru laqgħat f'[[Londra]] u [[Manchester]] li kienu jinvolvu tnax-il klabb tal-futbol, bi ħsieb ta' kompetizzjoni f'format ta' kampjonat. Dawn it-tnax-il klabb aktar tard iffurmaw it-tnax-il membru fundatur tal-Football League. Laqgħa li saret fit-22 ta' Marzu 1888 f'Londra, kienet tikkonċerna l-fatt li meta kien jiġi eliminat mill-[[FA Cup]] dan kien jibqa' madwar sena mingħajr ma jilgħab, fejn dan kien mhux biss jirriżulta f'telf finanzjaru, imma wkoll minħabba l-partitarji ma kinux se joqgħodu jistennew dak iż-żmien kollu biex jaraw partita. Id-diskussjonijiet ġew finalizzati fis-17 ta' April f'Manchester.
 
McGregor kien ivvota kontra l-isem ''The Football League'', hekk kif hu kien beża' li dan l-isem seta' jkun assoċjat mal-[[Irish Land League]].<ref name="AHistoryOfFootball22">"A History of Football", pġ. 22</ref> Però xorta waħda dan l-isem rebaħ bil-maġġoranza tal-voti u kien magħżul. Il-kompetizzjoni ggrantixxiet il-partiti lill-membri tagħha. Il-klabbs kienu maqsuma b'mod ugwali bejn it-timijiet tat-Tramuntana u tal-Midlands, u dawk tan-Nofsinhar, li kienu prattikament dilettanti.
 
Kampjonat rivali ieħor bl-isem ta' [[Football Alliance]] opera bejn l-1889 u l-1892. Fl-1892 ġie deċiż li dawn iż-żewġ kampjonati jiġu mwaħħda, biex b'hekk ġiet iffurmata t-Tieni Diviżjoni, li parti kbira minnha kienet tikkonsisti minn klabbs tal-Football Alliance. Il-klabbs eżistenti tal-kampjonat, flimkien mal-aqwa tliet klabbs tal-Alliance, kienu jiffurmaw l-[[L-Ewwel Diviżjoni tal-Football League|Ewwel Diviżjoni tal-Football League]].
 
==Ħarsa ġenerali==
 
It-Tieni Diviżjoni, li ġiet iffurmata fl-1892, kienet tikkonsisti minn tnax-il klabb, ħafna minnhom mill-Football Alliance. Il-membri oriġinali kienu: Ardwick (issa [[Manchester City FC|Manchester City]]), [[Bootle FC|Bootle]], [[Burton Swifts FC|Burton Swifts]], [[Crewe Alexandra FC|Crewe Alexandra]], [[Darwen FC|Darwen]], [[Grimsby Town FC|Grimsby Town]], [[Lincoln City FC|Lincoln City]], [[Northwich Victoria FC|Northwich Victoria]], [[Port Vale FC|Port Vale]], [[Sheffield United FC|Sheffield United]], Small Heath (issa [[Birmingham City FC|Birmingham City]]), u [[Walsall FC|Walsall]]. Manchester City iżomm ir-rekord tal-akbar numru ta' titli tat-Tieni Diviżjoni (7).
 
Matul il-kors tas-snin dan il-kampjonat estenda sakemm wasal sat-total finali ta' 24, kif jidher fit-tabella segwenti:
 
{| class="wikitable" style="text-align: center"
|-
!Nu. ta' klabbs!!Sena
|-
|15||1893
|-
|16||1894
|-
|18||1898
|-
|20||1905
|-
|22||1919
|-
|23||1987
|-
|24||1988
|}
 
Għall-ewwwel snin, ma kienx hemm promozzjoni diretta għall-Ewwel Diviżjoni. Minflok, ftit mill-aqwa timijiet tat-Tieni Diviżjoni, li kienu jinkludu wkoll lir-rebbieħ, kienu jilgħabu serje ta' partit kontra t-timijiet tal-qiegħ tal-Ewwel Diviżjoni. [[Birmingham City FC|Small Heath]], ċampjin tat-Tieni Diviżjoni fl-1892–93, ma ngħatawx il-promozzjoni wara li tilfu l-partita ta' prova li kellhom kontra [[Manchester United FC|Newton Heath]]. Madanakollu, it-tieni klassifikat [Sheffield United FC|Sheffield United]] għelbu lil [[Accrington FC|Accrington]] biex saru l-ewwel tim li rebħu promozzjoni għall-Ewwel Diviżjoni. Dawn il-partiti ġew aboliti fl-1898 wara li sar magħruf li Burnley u Stoke kienu ftehmu biex il-partita ta' prova bejniethom tispiċċa pari ta' 0–0, li kienet tfisser promozzjoni għal Burnley u salvezza mir-relegazzjoni għal Stoke.
 
Ir-relegazzjoni għat-[[It-Tielet Diviżjoni tal-Football League|Tielet Diviżjoni]] bdiet fi staġun qabel ma din tal-aħħar kienet għadha biss bdiet, hekk kif [[Grimsby Town FC|Grimsby Town]] (l-aħħar fl-1919–20) għamlu wisa' għal [[Cardiff City FC|Cardiff City]], u ffurmaw it-Tielet Diviżjoni ma' klabbs tan-Nofsinhar. Għal staġuni suċċessivi, żewġ klabbs kienu relegati fit-[[It-Tielet Diviżjoni tat-Tramunatana tal-Football League|Tielet Diviżjoni tat-Tramunatana]] jew f'dik tan-[[It-Tielet Diviżjoni tan-Nofsinhar tal-Football League|Tielet Diviżjoni tan-Nofsinhar]] skont il-pożizzjoni ġeografika tagħhom. Meta t-Tielet Diviżjoni fl-1958–59 reġgħet ġiet magħquda, ir-relegazzjoni xorta baqgħet; it-tielet klabb beda jiġi relegat fl-1974.
 
==Ara wkoll==
Line 17 ⟶ 50:
*[[Premier League]]
*[[Football League]]
 
==Referenzi==
{{referenzi}}
 
[[Kategorija:Football League]]