Lingwa Awżiljari Internazzjonali: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
bil-Malti l-kelma eżatta hi "idea" mhux "ideja"
Linja 1:
'''Lingwa Awżiljari Internazzjonali''' magħrufa ukoll bħala '''Lingwa Awżiljari''' (fil-qosor '''IAL'''), hija lingwa maħluqa għall-komunikazzjoni bejn nies ta' nazzjonijiet differenti li m'għandhomx l-istess lingwa, biex tiġi mitkelma bħala t-tieni lingwa ta' għajnuna komunikattiva internazzjonali. Għalkemm idejaidea antika ħafna, l-IAL tqieset għall l-ewwel darba fuq bażi teoretika serja mil-Lingwisti [[Edward Sapir]] u [[Otto Jespersen]] fil-bidu tas seklu li għadda. B'mod speċjali, il-ħsibijiet ta' Sapir għadhom siewja sa llum. L-argumenti tal-[[konstruttivismu|filosofija konstruttivista]] ikomplu jsaħħu dawn il-ħsibijiet. Dan l-artiklu jagħmel emfasi fuq ir-rwol tal-[[krejattività]] konxja fil-lingwa. Fl-istess waqt irid jingħadd li, minħabba il-kumplessità tal-Lingwa, il-lingwisti saru joqgħodu ħafna aktar attenti li ma jagħmlux dikjarazzjonijiet daqshekk ġenerali. Fil-fatt ħafna kliem użat hawn huwa problematiku, per eżempju, għadd mhemmx definizjoni ċara fuq x'inhi "sempliċità" u "loġika" fil-lingwa (ara [[#Evalwazzjoni|Evalwazzjoni]]).
 
L-ewwel parti ta' dan L-artiklu jittratta l-bażi teoretika. It-tieni parti (għad irid jitlesta), jagħti lista ta' lingwi artifiċjali li sostnu statut ta' IAL.
Linja 5:
==Bażi teoretika==
===Relattivita' lingwistika - il-lingwa u il-ħsieb===
Skond [[Edward Sapir|Sapir]], il-lingwa hija il-kapaċità mentali li tordna u tistruttura, l-ammont kbir ta' esperjenzi li ngħaddu minhom kif ukoll il-kapaċità li ssawwar il-kunċetti u tagħtihom forma konkreta f'tifsir. Fil-qosor: il-lingwa hija l-kapaċità mentali li tagħmel possibbli il-ħsieb. Din l-idejaidea għanda il-bidu tagħha fil-filosofija ta'[[Wilhelm von Humboldt]]: ''Il-Lingwa hija l-organu li jsawwar il-ħsieb'' (f'Salus 1969:190)<ref name="sls1969-190">Il-kwotazzjoni oriġinali hija: ''language is the formative organ of thought''</ref>. Fil-fatt, l-idejaidea għandha similaritajiet kbar mal-prinċipji tar-relattività lingwistika, li jsostnu relazzjoni intima bejn il-kategoriji lingwistiċi u l-ħsieb fuq il-livell ta' kull lingwa (Drechsel 1988:233). Individwi jaħsbu fl-istrutturi, jiġifieri, fil-grammatika tal-lingwa tagħhom. Din ir-relazzjoni bejn il-lingwa u l-ħsieb dwar il-fatt li il-kategoriji imposti mil-lingwa jikkanlizzaw u jistrutturaw il-ħsieb hi magħrufa bħala s-[[Sapir-Whorf Hypothesis]].
 
===Dgħjufijiet fil-lingwi naturali===
Linja 25:
Minbarra li jkun mezz konvenjenti biex wieħed jgħaraf difetti strumentali fil-lingwa fuq bażi ta' dan l-istudju, wieħed ikun ukoll f'pożizzjoni li jsawwar lingwa internazzjonali awżiljari li taqdi numru ta' skopijiet.
 
Sapir hu kontra l-idejaidea li waħda mil-lingwi naturali popolari, bħal ma hu l-Ingliż jew il-Franċiz tieħu post ta' l-IAL peress li dawn ma jissodisfawx il-ħtiġijiet li jenħtieġ taqdi l-IAL.
 
===Kwalitajiet ta' Lingwa Awżiljari===
Linja 37:
#krejattività
 
Min ikun qiegħed jitgħallem il-lingwa jeħtieġ li jkun kapaċi juża l-istruttura ta' l-espressjoni li diġa akkwista bħala [[paradigma|paradigmi]] u jibni espressjonijiet ġodda. Jekk, ngħidu aħna, wieħed ġa tgħallem minn espressjoni partikolari li il-passat sempliċi ta' verb fl-Ingliż jinħadem billi jżid is-[[suffiss]] / ''-ed'' / hu għandu jkun kapaċi jaħdem il-passat sempliċi tal-verbi l-oħra billi jżid / ''-ed'' /. L-idejaidea ta' krejattività testendi għal setturi oħra u timplika illi meta wieħed jitkellem, irid ikun kapaċi, a bażi ta' strutturi l-aktar sempliċi, regolari u loġiċi, li ġa akkwista, joħloq kliem jew għaqda ta' kliem ġdid skond il-ħtieġa.
 
===Skopijiet ta' Lingwa Awżiljari===
Linja 56:
 
 
Fil-ġabra ta' l-artikli tiegħu ippublikata fl-1949, Sapir jargumenta, illi b'lingwa mitkellma min-nies ta' kultura primittiva wieħed għandu mezz jesprimi teżi astratta filosofika, ġaladarba l-istrutturi ta' dawk il-Lingwi kapaċi jesprimu idejatideat ta' struttura komplessa - anki jekk il-vokabularju tal-lingwa ikun insuffiċjenti. Li ħsibijiet ta' dan it-tip għadhom qatt ma ġew espressi f'dawn il-kulturi hu sempliċiment għaliex ''għadhom mhumhiex avvanzati biżżejjed biex jinterressaw rwieħhom fuq livell astratt u filosofiku.''(Sapir 1949:FINDPAGE)<ref name="spr1949-xxx">Il-kwotazzjoni oriġinali hija: ''<nowiki>[these cultures have]</nowiki> not advanced to the point, where it is of interest for them to form abstractions of a philosophic order''</ref>. Fi-kliem ieħor "il-forma-magħquda" ta' kull lingwa tfisser "aktar min ħaġa oħra li it-tħaddim tagħha hu bla limitu"(Harris 1951:296)<ref name="hrs1951-296">Il-kwotazzjoni oriġinali hija:''"completeness" of a language is "more exactly its constructivity without limit"''</ref>.
 
 
Linja 62:
 
===Evalwazzjoni===
Dawn l-idejatideat, illum, daqs qabel, għadhom avantgardisti u fl-istess ħin diskutibbli ħafna. Huwa fatt aċċettat illi komunitajiet li ma jitkellmux waħda mil-lingwi ekonomikament importanti qegħdin fi żvantaġġ. Huwa fatt ukoll li l-biċċa l-kbira tal-Ewropej għad mgħandhomx meżż kif jikkomunikaw direttament mal-biċċa l-kbira tal-Asjatiċi u l-Għarab. Dan ifisser telf kbir ta' tagħrif dwar veduta differenti tad-dinja.
 
Sal-ġurnata ta' llum qħad m'hemmx implementazzjoni ta' IAL fil-veru sens tal-kelma - m'hux faċli li wieħed jimplementa il-ħtigijiet li semmejna aktar 'il fuq. Il-ħtigijiet nnifishom huma diskutibbli għall-aħħar. Mis-sittinijiet 'l hawn il-lingwisti bdew joqgħodu lura milli jagħmlu dikjarażżjonijiet fuq is-"semplicità" u il-"loġika" fil-lingwa. L-istess japplika għal dikjarazzjonijiet bħal, ngħidu aħna, ''il-mod kif il-lingwa tħares lejn id-dinja huwwa soġġett għall-grammatika''. Wieħed sempliċiment jaċċetta l-possibbiltà, iżda m'hemm l-ebda ċertezza assoluta fuq dan.
 
Wieħed ma jridx jinsa punt ieħor; sistema mibnija b'mod idejaliideali llum mhux bilfors ser tibqa valida maż-żmien (''time stability of language systems'') - jekk nikkunsidraw dak kollhu li nafu fuq it-[[Tibdil fil-Lingwa]], maż-żmien anke sistema idejaliideali "taddatta" u "tiddeforma" bħal kull lingwa oħra.
 
Madanakollu insibu nies li kibru fl-lingwa kostruwita, bħal ngħidu aħna l-[[Esperanto]] jew f'lingwi rekostuwiti, bħal ma hu l-[[Ebrew Modern]].
Linja 79:
 
==Noti==
{{referenzi}}
<div class="references-small"><references/></div>
 
==Referenzi==
Linja 91:
* Sapir Edward, 1949. Selected Writings in Language Culture and Personality, ed. By David G. Mandelbaum and epilogue by Dell H. Hymes. Berkely/Los Angeles, 1985. ISBN 0520055942.
 
==LinksĦoloq esterni==
 
 
*[http://www.geocities.com/Athens/Forum/5037/sapir.html The Function of an International Auxiliary Language] - Artiklu miktub mill-[[lingwista]] [[Edward Sapir]], li jiddiskuti il prinċipji, in-neċċesita u il-prospetti ta' Lingwa Internazzjonali.
Line 98 ⟶ 97:
*[http://www.bartleby.com/186/ Sapir Edward, 1921. Language: An introduction to the study of Speech. New York - Aqra il-ktieb online]
 
* Ara wkoll {{showcategoryurikategorija|Lingwi Internazzjonali Awżiljari}}
 
 
[[CategoryKategorija:Lingwistika]]
[[CategoryKategorija:Antropoloġija]]
[[CategoryKategorija:Kultura]]
 
[[an:Luenga ausiliar]]