Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Paġna ġdida: {{sport kurrenti}} Fil-'''proċess ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2010''', is-sitt konfederazzjonijiet tal-FIFA ġew allokati parti ...
 
Linja 35:
 
==Gruppi ta' kwalifika==
 
===Pożizzjonijiet fil-fażi tal-gruppi===
 
Għall-fażi ta' kwalifikazzjoni, il-metodu wżat biex jissepara timijiet li huma l-istess fil-punti hu l-istess għall-konfederazzjoni kollha, kif deċiż mill-FIFA.<ref>[http://www.fifa.com/mm/document/tournament/competition/fifa_wc_south_africa_2010_regulations_en_14123.pdf Regulations - 2010 FIFA World Cup South Africa™] (Ingliż)</ref> Jekk xi timijiet jispiċċaw bl-istess numru ta' punti fl-aħħar tal-fażi tal-gruppi, it-timijiet fil-kwistjoni jiġu pożizzjonati skont:
 
# id-differenza tal-gowls fil-partiti kollha tal-grupp;
# l-ikbar numru ta' gowls skurjati fil-partiti kollha tal-grupp;
# l-ikbar numru ta' punti miksuba fil-partiti tal-gruppi bejn it-timijiet konċernati;
# id-differenza ta' gowls mill-partiti tal-gruppi bejn it-timijiet konċernati;
# l-ikbar numru ta' gowls skurjati fil-partiti tal-gruppi bejn it-timijiet konċernati;
# it-tlugħ tal-poloz, partita eliminatorja (jekk approvata mill-FIFA)
 
===Afrika (CAF)===
{{artiklu prinċipali|Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010 (CAF)}}
''(53 tim jikkompetu għal 6 postijiet, inkluża l-Afrika t'Isfel bħala ospitu)''
 
Il-kwalifikazzjoni tal-CAF bdiet b'rawnd preliminarju li ntlagħab fit-[[13 ta' Ottubru]] u s-[[17 ta' Novembru]] [[2007]], biex in-numru ta' timijiet tnaqqsu għal 48, u wara tnax-il grupp ta' erba' timijiet kull wieħed ġew mtellgħa f'[[Durban]] f'[[Novembru]] [[2007]]. It-tnax-il rebbieħa u l-aqwa tmien timijiet li spiċċaw fit-tieni post javvanzaw għall-fażi suċċessiva, fejn jiġu mtellgħin f'ħames gruppi ta' erbat ijiem. Ir-rebbieħa ta' dawn il-gruppi jikkwalifikaw għall-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja.
 
Il-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2010 se tkun kombinata mal-proċess ta' kwalifikazzjoni għat-[[Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikana 2010]]. Minħabba li l-Afrika t'Isfel qed tospita t-Tazza tad-Dinja, din ikkwalifikat awtomatikament, minkejja li se tilgħab fil-kwalifiki biex jiffaċilitaw l-użu tal-istess sett ta' partiti ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikana 2010.
 
Jekk l-Afrika t'Isfel tavvanza għat-tielet rawnd (it-tieni fażi tal-gruppi) il-partiti tagħhom ma jibqgħux jgħoddu biex jiġi determinat min javvanza għat-Tazza tad-Dinja.
 
===Asja (AFC)===
{{artiklu prinċipali|Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010 (AFC)}}
''(43 tim jikkompetu għal 4 jew 5 postijiet; partita eliminatorja kontra l-Oċeanja tiddetermina liema konfederazzjoni tieħu l-post iż-żejjed)''
 
Żewġ rawnds preliminarji (waħda f'[[Ottubru]] [[2007]] u oħra fl-ewwel nofs ta' [[Novembru]]) naqqsu n-numru ta' timijiet minn 43 għal 20 qabel it-tlugħ tal-poloz għall-fażi tal-gruppi f'Durban fil-[[25 ta' Novembru]] [[2007]].
 
L-istadju tal-gruppi ra l-qsim tal-għoxrin tim f'ħames gruppi ta' erba' timijiet, li ntlagħbu bejn [[Frar]] u [[Ġunju]] tal-[[2008]], fejn ir-rebbieħa u dawk li kklassifikaw fit-tieni post avvanza fil-fażi tal-gruppi. Ir-rebbieħa u tat-tieni post minn żewġ gruppi finali ta' ħames pajjiżi (li jintlagħbu bejn [[Settembru]] [[2008]] u [[Ġunju]] [[2009]]) jikkwalifikaw awtomatikament għall-finali tat-Tazza tad-Dinja, biż-żewġ timijiet li ppożizzjonaw fit-titlet post jilgħabu kontra xulxin biex jintgħażel it-tim li se jikkompetu kontra r-rebbieħ tal-Oċeanja għall-aħħar allokkazzjoni tat-Tazza tad-Dinja (liema partiti jintlagħbu f'[[Ottubru]] u [[Novembru]] [[2009]]).
 
===Ewropa (UEFA)===
{{artiklu prinċipali|Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010 (UEFA)}}
''(53 tim jikkompetu għal 13-il post)''
 
Il-logħob ta' kwalifikazzjoni Ewropej bdew f'Awwissu 2008 wara l-Euro 2008. Tmien gruppi ta' sitt timijiet u grupp ta' ħamsa se jikkontestaw il-kompetizzjoni ta' kwalifika Ewropea. Riżultat ta' dan, id-disa' timijiet li jispiċċaw l-ewwel jikkwalifikaw direttament, waqt li l-aqwa tmien timijiet li spiċċaw fit-tieni post jilgħabu żewġ legs barra u ġewwa darhom għar-raba' postijiet li jkun għad fadal.
 
===Amerika ta' Fuq, Ċentrali u l-Karibew (CONCACAF)===
{{artiklu prinċipali|Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010 (CONCACAF)}}
''(35 tim jikkompetu għal 3 jew 4 postijiet; partita eliminatorja kontra l-Amerika t'Isfel tiddetermina liema konfederazzjoni tieħu l-post iż-żejjed)''
 
Il-proċess ta' kwalifikazzjoni tal-CONCACAF hu identiku għal dak tat-[[Tazza tad-Dinja 2006]], minbarra li hekk kif il-Porto Riku ikkompeta din id-darba (huma kienu l-unika membru tal-CONCACAF li ma daħalx fil-kwalifiki tal-2006), se jkun hemm ħdax-il partita minflok għaxra fl-ewwel rawnd preliminarju, u b'hekk tlettax-il tim minflok erbatax jisfaw eliminati mit-tieni rawnd preliminarju. Iż-żewġ rawnds preliminarji, li jintlagħbu fl-ewwel nofs tal-2008, inaqqsu t-timijiet minn 35 għal 24 u wara għal 12-il tim. Tliet gruppi tas-semifinali b'erba' timijiet jintlagħbu bejn [[Awwissu]] u [[Novembru]] [[2008]], bl-aqwa tnejn ta' kull gruppi javvanzaw għal grupp finali ta' sitt timijiet (li jsir matul l-2009). L-aqwa tlieta jikkwalifikaw direttament għat-Tazza tad-Dinja, waqt li r-raba' tim jilgħab logħba preliminarja kontra t-tim li jkun spiċċa fil-ħames post tal-fażi ta' kwalifikazzjoni tal-CONMEBOL.
 
===Oċeanja (OFC)===
{{artiklu prinċipali|Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010 (OFC)}}
''(10 timijiet jikkompetu għal l-ebda post jew post wieħed; partita eliminatorja kontra l-Asja tiddetermina n-numru eżatt. It-Tuvalu se jilgħab ukoll fit-turnew ta' kwalifikazzjoni, imma mhuwiex parteċipanti fil-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja)''
 
Il-proċess ta' kwalifikazzjoni beda b'turnew fil-[[Logħob Paċifiċi]] 2007 f'[[Awwissu]] [[2007]]. L-aqwa tlieta ([[Tim nazzjonali tal-futbol ta' Kalendonja l-Ġdida|Kalendonja l-Ġdida]], il-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Fiġi|Fiġi]], u l-[[Tim nazzjonali tal-futbol tal-Vanwatu|Vanwatu]], rispettivament) ingħaqdu ma' [[Tim nazzjonali tal-futbol ta' Żelandja l-Ġdida|Żelandja l-Ġdida]] fi grupp ta' erba' timijiet, fejn jilgħabu logħob kontra xulxin, barra u ġewwa darhom. L-aqwa tim imbagħad jilgħab logħba eliminatorja fuq żewġ legs ma' pajjiż Ażjatiku biex ikun jista' jikseb post fl-istadju finali tat-Tazza tad-Dinja.
 
===Amerika t'Isfel (CONMEBOL)===
{{artiklu prinċipali|Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010 (CONMEBOL)}}
''(10 timijiet jikkompetu għal 4 jew 5 postijiet; partita eliminatorja kontra l-Amerika t'Isfel tiddetermina liema konfederazzjoni tieħu l-post iż-żejjed)''
 
Il-fażi ta' kwalifikazzjoni tal-CONMEBOL għal darb'oħra hu taħt struttura ta' kampjonat nazzjonali (partiti esterni u interni) li jinvolvi grupp wieħed ta' 10 assoċjazzjonijiet, b'partiti li jintlagħbu bejn [[Ottubru]] [[2007]] u Ottubru [[2009]]. Il-lista ta' partiti hi identika ta' dik użata fil-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2006. Biex tillimita l-ammont ta' vjaġġar ta' plejers li huma bbażati fl-Ewropa għall-Amerika t'Isfel, l-iskeda tal-CONMEBOL tuża' sistemà fejn żewġ settijiet ta' partiti jintlagħbu f'temp ta' ftit jiem, fejn din issir għal disa' darbiet. L-aqwa erba' timijiet jikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja, waqt li l-ħames tim jilgħab playoff kontra t-tim li spiċċa fir-raba' post tal-CONCACAF, li tintlagħab fl-[[14 ta' Novembru|14]] u t-[[18 ta' Novembru]] [[2009]].
 
==Referenzi==