Mikiel Anton Vassalli: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 1:
{{wikifikazzjoni}}
[[Image:ANTON G.jpg|thumb|Il-Monument ta' Mikiel Anton vassalli li jinsab Ħaż-Żebbuġ]]
'''Mikiel Anton Vassalli''' twieled [[Ħaż-Żebbuġ]] fil-ħamsa ta' [[Marzu]] [[1764]]. Ingħata l-isem ta' Mikiel għal missier missieru u Anton għal missier ommu. Vassalli huwa l-aktar magħruf bħala Missier l-ilsien [[Lingwa Maltija|Malti]] minħabba l-kontribuzzjoni kbira għall-promozzjoni tal-lingwa nazzjonali ta' [[Malta]]. Fuq tfulitu nafu li meta kien għad kellu sentejn, missieru miet fl-għomor ta' 32 sena, u li erba' snin wara, ommu reġgħat iżżewġet lil Gejtan Mifsud, bin Ġużeppi, [[gabilott]] min Ħaż-Żebbuġ ukoll. Nhar it-[[8 ta' Mejju]], [[1774]] Mikiel Anton għamel il-Griżma tal-Isqof waqt żjara pastorali ta' l-Isqof Pellerano. Parrinuh kien il-Markiż Mikiel Apap.
 
Line 13 ⟶ 12:
Il-Franċiżi waslu Malta fit-[[12 ta' Gunju]], [[1798]], u għalhekk Vassalli rritorna Malta. Ġie mlaħħaq uffiċjal tal-Gwardja Nazzjonali, pożizzjoni li żamm sal-wasla ta' l-[[Ingilterra|Ingliżi]]. Fit-[[28 ta' Settembru]], [[1799]] kellu joħroġ mill-Belt Valletta imblokkata għax kien marid, ġie arrestat u b'amar ta' [[Alexander Ball]], kmandant tal-qawwiet Brittaniċi f'Malta intbagħat il-ħabs fl-Imdina flimkien ma' mitejn suldat Malti ieħor.
 
Fis-[[16 ta' Settembru]] ġie mogħti l-eżilju. Erba' xhur wara, huwa ttieħed [[Tuneż]] u mbagħad baqa' sejjer Franza fejn qatta' l-kumplament ta’ l-eżilju. Hawn [[Napuljun I ta' Franza|Napuljun Bonaparti]] laħħqu l-''fundatur tal-qoton fi Franza'' u fi Franza stess kellu tlett itfal subien mingħand [[Katerina Formosa de Fremaux]]. Din ta' l-aħħar kienet fost dawk il-Maltin li tkeċċew mal-waqgħa tal-Franċiżi u marru [[Marsilja]].[[Image:Granmastru Emmanuel De Rohan.jpg|thumb|right|250pxls|Il-Gran Mastru [[Emmanuel De Rohan|De Rohan]] li lilu Vassalli talab il-permess biex jiftaħ skola għat-tagħlim tal-[[Malti]]]]
 
Vassalli ġie lura Malta fid-[[19 ta' Ġunju]], [[1820]] u ħames snin wara ġie appuntat professur tal-Malti bl-għajnuna ta' [[John Hookman]], li wkoll għenu sabiex jippublikka xi xogħlijiet minn tiegħu u jaqleb l-[[Erba' evanġelji]] għall-Malti (li kienu ppublikati wara mewtu). Fl-[[1827]], ippublika t-tieni edizzjoni ta' ''Il-Grammatika Maltija'', u ktieb fuq l-idjomi Maltin b'iktar minn 863 entrata.