Għoti tal-penalties: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
New page: L-'''għoti tal-penalties''' huwa metodu li xi kultant hu wżat biex jiddeċiedi liema tim ikompli għall-fażi li jmiss ta' kampjonat (jew jekk jirbaħx il-kampjonat) wara pari f'partita ...
 
No edit summary
Linja 6:
 
Il-gowls skurjati matul l-għoti tal-penalties mhumiex inklużi fl-iskor finali, u lanqas m'huma nklużi fir-rekords tal-gowls tal-plejers inklużi. Ġeneralment, dan il-metodu hu wżat f'kampjonat li jkollu bażi eliminatorja (kif inhu oppost għal logħob tal-kampjonati nazzjonali), biex jiddeċiedi minn se jkompli fil-fażi ta' wara, jew minn se jirbaħha. Is-soltu, qabel l-għoti tal-penalties ikun hemm il-[[ħin supplementari]]. Madankollu, il-[[Copa Libertadores]] kellha l-għoti tal-penalties immedjatament wara t-tmiem tat-tieni partita ta' żewġ legs, jekk l-iskor aggregat jispiċċa pari, mingħajr l-ebda ħin supplementari li jintlagħab. Mill-2005, din tieħu post jekk ma jkunx hemm rebbieħ fuq ir-[[regola tal-gowls barra mid-dar]]. Lejn tmiem is-snin tmenin, numru ta' kampjonati nazzjonali tal-futbol [[Ewropa|Ewropej]], fosthom l-[[Ungerija]], il-[[Jugożlavja]] u n-[[Norveġja]], esperimentaw bl-għoti tal-penalties immedjatament wara partiti li jispiċċaw pari, bir-rebbieħ jikseb punt aktar mit-tellief. Din kienet mal-ewwel abbandunata. Fl-[[Stati Uniti|Istati Uniti]], il-[[Major League Soccer]] fil-bidu kellha wkoll l-għoti tal-penalties wara t-tmiem tal-partita, anki matul partiti tal-kampjonat nazzjonali. Similarment il-[[J. League]] tal-[[Ġappun]] użaw dan il-metodu wara partiti li kienu jispiċċaw biex jiddertimaw ir-rebbieħ meta l-kampjonat beda. Din kienet ukoll abbandunata.
 
==Biblijografija==
 
*Andrew Anthony. ''On Penalties''. SBN 0-224-06116-X
 
==Ħoloq Oħra==
 
*[[RSSSF]] - [http://www.rsssf.com/miscellaneous/penalties.html Kurżitajiet fuq l-għoti tal-penalties]
 
[[Category:Terminoloġija tal-futbol]]
[[Category:Regoli tal-futbol]]