Tim nazzjonali tal-futbol ta' Wales: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 42:
Alavolja parti mir-[[Renju Unit]], Wales dejjem kellha r-rappreżentanti tagħha li jilagħbu f'kampjonati professjonali, imma mhux fil-[[Logħob Olimpiku]] minħabba li l-Kumitat Internazzjonali Olimpiku jirrikonoxxi biss lir-Renju Unit.
 
Fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-[[Euro 2008]], Wales spiċċaw fi Grupp D flimkien mal-[[Tim Nazzjonali tal-Futbol tal-Ġermanja|Ġermanja]], ir-[[Tim Nazzjonali tal-Futbol tar-Repubblika Ċeka|Repubblika Ċeka]], l-[[Tim Nazzjonali tal-Futbol ta' Slovakkja|Islovakkja]], ir-[[Tim Nazzjonali tal-Futbol ta' l-Irlanda|Repubblika Irlandiża]], [[Tim Nazzjonali tal-Futbol ta' Ċipru|Ċipru]] u ma' [[Tim Nazzjonali tal-Futbol ta' San Marino|San Marino]].
 
 
==Storja==
 
===Is-Snin tal-Bidu===
 
Wales lagħbu l-ewwel logħba kompetittiva fil-25 ta' Marzu 1876 kontra l-[[Tim Nazzjonali tal-Futbol ta' l-Iskozja|Iskozja]] fi Glasgow, fejn hu hu t-tielet l-eqdem tim tal-futbol fid-dinja. Alavolja l-Iskoċċiżi rebħu f'din l-ewwel logħba 4-0, partita ta' ritorn kienet ippjanata f'Wales is-sena ta' wara u għalhekk dik kienet l-ewwel logħba internazzjonali ta' Wales ġewwa darhom, fejn intlagħbet fil-5 ta' Marzu 1887. L-Iskozja reġgħet rebħet, din id-darba 2-0.
 
L-ewwel logħba ta' Wales kontra l-[[Tim Nazzjonali tal-Futbol ta' l-Ingilterra|Ingilterra]] kienet fl-1879 - telfa ta' 2-1 f'Kennington Oval, Londra u fl-1882 Wales lagħbet ma' l-[[Tim Nazzjonali tal-Futbol ta' l-Irlanda ta' Fuq|Irlanda ta' Fuq]] għall-ewwel darba u rebħet 7-1 f'Wrexham.
 
L-assoċċazzjonijiet ta' l-erba' pajjiżi tar-Renju Unit iltaqgħu f'Manchester nhar is-6 ta' Diċembru 1882, biex iniżżlu r-regoli importanti għal din il-logħba. Din il-laqgħa rat il-bidu tal-Board ta' l-Assoċċazzjoni tal-Futbol Internazzjonali (''International Football Association Board'') jew l-IFAB. Din l-organizazzjoni kienet se tapprova xi bidliet fir-regoli, xogħol li dawn l-erba' assoċċazzjonijiet għadhom jagħmlu sal-lum il-ġurnata.
 
Fl-istaġun 1883/84 ra l-formazzjoni tal-''British Home Championship'', kampjonat li kien milgħub kull sena bejn l-[[Tim Nazzjonali tal-Futbol ta' l-Ingilterra|Ingilterra]], l-[[Tim Nazzjonali tal-Futbol ta' l-Iskozja|Iskozja]], l-[[Tim Nazzjonali tal-Futbol ta' l-Irlanda ta' Fuq|Irlanda ta' Fuq]] u Wales, sa l-istaġun 1983/84. Wales kienet rebbieħa għal tnax-il darba - 5 darbiet minnhom kienu maqsumim bejn iż-żewġ finalisti.
 
Il-Federazzjoni tal-Futbol ta' Wales ([[Football Association of Wales|FAW]]) saret membru tal-[[FIFA]] fl-1906, imma r-relazzjoni bejn il-FIFA u l-assoċċazzjoni Brittanika ma tantx kienet tajba u n-nazzjonijiet Brittaniċi rtiraw mill-FIFA fl-1928 wara diskussjonijiet fuq il-ħlas tal-plejers dilettanti. Bħala riżultat, Wales ma ħaditx sehem fl-ewwel tliet edizzjonijiet tat-[[Tazza tad-Dinja tal-Futbol|Tazza tad-Dinja]].
 
Fl-1932 Wales lagħbet kontra r-[[Tim Nazzjonali tal-Futbol ta' l-Irlanda|Repubblika Irlandiża]], fejn din kienet l-ewwel darba li lagħbu kontra tim barra mill-erba' timijiet tar-Renju Unit. Sena wara, Wales lagħbet barra mir-Renju Unit għall-ewwel darba meta huma lagħbu kontra [[Tim Nazzjonali tal-Futbol ta' Franza|Franza]] f'Pariġi; il-partita spiċċat 1-1.
 
==L-Iskwadra ta' Wales==