Filippo Castagna: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
+defaultsort
+tindif ħafif + ref
Linja 1:
{{Infobox bijografija}}
 
'''Filippo Castagna''' (19 ta’ Novembru 1765 – 26 ta’ Jannar 1830), magħruf ukoll bħala '''Filippu Castagna''' kien [[Maltin|politiku Malti]] lejn l-aħħar tas-seklu 18 u l-bidu tad-tas seklu 19.
 
Castagna twieldet [[Ħal Għaxaq]] fid-19 ta’ Novembru 1765. Waqt [[Malta taħt il-Franċiżi|l-okkupazzjoni Franċiża ta’ Malta]] fl-1798, huwa ntagħżel bħala rappreżentant tal-muniċipalità taż-[[Iż-Żurrieq|Żurrieq]], [[Ħal Safi]], [[Ħal Kirkop]] u l- [[Gudja]].<ref name=":0">{{Ċita rivista|kunjom1=Abela|isem1=Joe|data=1999|titlu=Il-familja Castagna f'Bormla|url=https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/80466|lingwa=mt}}</ref> Meta [[Assedju ta' Malta (1798-1800)|faqqgħet ribelljoni kontra l-ħakma Franċiża]] f'Settembru 1798, Castagna appoġġja lir-ribelli u kien involut fil-qbid tat-[[Torri San Tumas|Torri ta' San Tumas]] minn taħt idejn il-Franċiżi.<ref name=":0" /> Fit-18 ta’ Frar 1799, ġie elett bħala rappreżentant tal-Gudja għar-ribelli ''Consiglio Popolare''.<ref name=":1">{{Ċita ktieb|kunjom=Schiavone|isem=Michael J.|data=2009|titlu=Dictionary of Maltese biographies|url=https://www.worldcat.org/oclc/642290723|post=Pietà|pubblikatur=Pubblikazzjonijiet Indipendenza|paġni=546–547|isbn=9789993291329}}</ref> Inħatar ukoll bħala spettur tas-[[Fortifikazzjonijiet ta' Żmien il-Kavallieri f'Malta|swar]] mill-Kummissarju Ċivili Brittaniku [[Alexander Ball]].<ref name=":0" />
 
Wara li l-Franċiżi ċedew u Malta saret [[Protettorat ta' Malta|protettorat Brittaniku]], Castagna inħatar bħala l- ''luogotenente'' tal-[[L-Isla|Isla]] u [[Bormla]].<ref name=":1" /> F’Novembru tal-1801, beda jagħmel parti minn delegazzjoni ta’ sitt rappreżentanti li vvjaġġaw lejn [[Londra]] biex jippreżentaw il-bżonnijiet tal-po[[Londra|u]]poplu plMaltiMalti lill-gvern Ingliż .<ref name=":1" /> Il-membri l-membri l-oħra ta' din id-delegazzjoni kieku l-Markiż Mario Testaferrata, l-inginier Michele Cachia, Antonio Mallia, u żewġ qassisin, Pietro Mallia u Emmanuele Ricaud.<ref>{{Ċita ktieb|kunjom=Gregory|isem=Desmond|data=1996|titlu=Malta, Britain, and the European powers, 1793-1815|url=https://www.worldcat.org/oclc/32349599|post=Madison|pubblikatur=Fairleigh Dickinson University Press}}</ref> Il-Kummissarju Ċivili Charles Cameron iddeskrivieh bħala popolari, għaqli u li għandu fehmiet moderati. Wara l-mewt ta' [[Emmanuele Vitale]] fl-1802, Castagna inħatar [[Gvernatur ta’ Għawdex|Gvernatur ta' Għawdex]] <ref name=":1" /> u okkupa din il-kariga sakemm tneħħiet fl-1814.<ref name=":0" />
 
Castagna irtira fl-1814 u mar joqgħod f'dar fil-Bajja ta' San Ġorġ [[Birżebbuġa|f'Birżebbuġa]]. Miet fis-26 ta’ Jannar 1830 wara marda twil, u ndifen ġewwa l-[[Knisja Santa Marija, Ħal Għaxaq|knisja parrokkjali ta’ Ħal Għaxaq]].<ref name=":1" />