Las Meninas: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
m Removing Link GA template (handled by wikidata)
titlu bil-korsiv
 
Linja 12:
| mużew = [[Museo del Prado]]
}}
'''''Las Meninas''''' (bl-[[Lingwa Spanjola|Ispanjol]] għal '''''Xbejbiet għas-Servizz tar-Reġina''''') hija [[pittura]] tal-1656 ta' [[Diego Velázquez]], l-artist li mexxa l-[[Epoka tad-Deheb Spanjola]], li tinsab fil-[[Museo del Prado]] f'[[Madrid]]. Il-kompożizzjoni kumplessa u enigmatika tax-xogħol tqajjem mistoqsijiet dwar ir-realtà u l-illużjoni u toħloq relazzjoni inċerta bejn l-osservatur u l-figuri murija. Minħabba dawn il-kumplessitajiet, [[''Las Meninas]]'' kienet waħda mill-iżjed xogħlijiet analizzati fil-pittura Oċċidentali.
 
''Las Meninas'' turi kamra kbira fil-palazz ta' Madrid tar-Re [[Filippu IV ta' Spanja]], u turi bosta figuri li ħafna minnhom huma membri tar-residenza tas-sovran Spanjol. Skont xi kummentaturi, dawn inqabdu f'mument partikolari daqs li kieku itteħdilhom ritratt. Xi wħud mill-figuri jħarsu lejn l-osservatur filwaqt li oħrajn jinteraġixxu bejniethom.
 
{{titlu bil-korsiv}}
{{DEFAULTSORT:Meninas, Las}}
 
{{DEFAULTSORT:Meninas, Las}}
[[Kategorija:Pitturi ta' Diego Velázquez]]