Michelangelo Merisi da Caravaggio: Differenza bejn il-verżjonijiet
Content deleted Content added
No edit summary |
tindif tar-referenzi |
||
Linja 9:
Hemm għall-ewwel xhur sofra l-faqar u lanqas biss kellu fejn jgħix. Wara xi żmien kien inġabar ma' ċertu Pandolfo Pucci, magħruf bħala 'Monsignore Insalata' minħabba li hemm. Imbagħad għamel tmien xhur jaħdem mal-pittur Giuseppe Cesari, il-pittur favorit tal-Papa Klement VIII. Ix-xogħol li kien jagħmel kien wieħed komuni u li ma jirrikjedix wisq ħila artistika.<ref>{{Ċita web|url=https://en.wikipedia.org/wiki/Caravaggio|titlu=Caravaggio|data-aċċess=|arkivju-data=08.08.2021.}}</ref> Minkejja dan, f'dan iż-żmien Caravaggio kien diġà rnexxielu joħloq kapulavuri kbar, bħal ma nistgħu nsemmu, 'It-Tifel iqaxxar il-frott', 'Il-Baskett tal-Frott' u 'l-Bacchus Marid'. Jidher li dan tal-aħħar kienet autoritratt tiegħu nnifsu. Fix-xogħol tiegħu, Caravaggio kien jevita is-sbuħija idealistika tas-suġġett u minflok kien jitratta s-suġġetti tiegħu b'mod l-aktar naturali. L-istil tiegħu ma niżilx tajjeb mal-pubbliku u nies intiżi fl-arti għax dawn kienu mdorrijin għall-istil Rinaxximentali ta' Raffaelo u Michelangelo Buonaroti.
Kien fl-1595 li x-xogħol artistiku ta' Caravaggio laqat l-għajn tal-Cardinal Francesco Maria del Monte, Venezjan li kien jaf il-familja Medici ta' Firenze. Del Monte kellu ħafna ħbieb oħra li kienu bdew jinteressaw ruħhom fix-xogħlijiet ta' Caravaggio. Dawn bdew jordnaw xi xogħlijiet mingħand Caravaggio. Il-familja tal-bankier Ottavio Costa u l-familja ta' Crescenzi xtraw ukoll xi pitturi mingħand Caravaggio. Kien dan iż-żmien li għamel xi ħbieb li għenuh biex jimxi 'l quddiem fil-karriera tiegħu. Dawn kienu l-pittur Prospero Orsi, l-arkitett Onorio Longhi, u l-Isqalli Mario Minitti.<ref
L-ewwel pitturi ta 'Caravaggio fuq temi reliġjużi reġgħu lura għar-realiżmu, u l-emerġenza ta' spiritwalità notevoli. L-ewwel waħda minn dawn kienet 'il-Maddalena Penitenti', li turi lil Marija Maddalena fil-mument meta tbiegħdet mill-ħajja tad-dnub u tidher mitfuha mal-art tibki, bil-ġawhar tagħha mxerred madwarha.
Fl-1599, meta kellu 24 sena, Caravaggio ġie ikkummissjonat biex ipitter il-kappella Contarelli,<ref
F'dan iż-żmien Caravaggio kien għaddej minn ħafna burraxki ta' burdati vjolenti, tendenza li kienet minn dejjem tagħmel parti mill-karattru tiegħu. Issa beda jxellef difrejh mal-ġustizzja. Insibu li sawwat pittur, fera suldat, tefa' l-ġebel lill-gwardjani Rumani, inqabad bl-armi fuqu, kellu xi jgħid minħabba l-maħbuba tiegħu u fl-aħħar, f'Ottubru tal-1606 fi ġlieda li kellu fit-triq, Caravaggio qatel lil Ranuccio Tomassoni. Wara d-delitt ħarab minn Ruma biex ma jinqbadx mill-ġustizzja għax kien ħareġ bandu biex jinqabad.
Caravaggio l-ewwel mar [[Napli]], imbagħad f'Ġunju tal-1607 telaq min-Napli u mbarka fuq xieni tal-Ordni ta' San Ġwann u ħarab lejn [[Malta]]. Fuq l-istess mirkeb kien hemm il-kavallier Fra Ippolito Malaspina li wara li saru jafu l-xulxin, tal-aħħar rnexxilu jakkwista pittura ta' San Ġlormu (illum fl-Oratorju tal-Konkatidral flimkien mal-pittura tal-Qtugħ ir-Ras ta' San Ġwann il-Battista.<ref
== L-arti Karavaġġeska ==
Dan hu l-stil li introduċa Caravaggio u li ħajjar lil ħafna pitturi oħrajn jagħmlu bħalu. Caravaggio jibqa’ jissemma bħala l-ewwel u l-aqwa esponent tal-istil ta' arti magħruf bħala [[Chiaroscuro]]. It-terminu ‘Karavaġġesk’ jirriferi wkoll għal karatteristiċi oħra li dan il-pittur kien tant magħruf għalihom. Caravaggio kien jagħżel il-mudelli tiegħu min-nies kwalunkwe li kien jiltaqa’ magħhom. Fl-arti Karavaġġeska jispiċċa l-idealiżmu tas-sbuħija u l-perfezzjoni tal-figura umana. Minflok tispikka r-realtà bid-difetti u anki l-kruha kollha tagħha. Hekk pereżempju fil-pittura ta’ San Ġirolmu li hemm fl-Oratorju ta’ San Ġwann, dan il-karattru hu rrappreżentat bil-fattizzi li jagħmluh bniedem kwalunkwe u li sata' kien bniedem li eżista f'Malta u li Caravaggio talbu biex jimmudella fuqu. F'dan ir-ritratt nosservaw il-ġilda mkemmxa fuq wara tal-pala ta’ id ta' dan il-qaddis li għandha ton ta' kulur differenti minn dik ta’ driegħu, li hi bajdanija - bħal ma wieħed jara fir-realtà meta bniedem ikun liebes il-ħwejjeġ u protett mix-xemx. Karatteristika oħra importanti ta’ Caravaggio hi l-kompożizzjoni tal-pittura bis-saħħa tad-dawl bħal ma naraw fil-kapulavur tiegħu, ‘il-Qtugħ ir-Ras ta’ San Ġwann. Hawn naraw id-dawl fuq l-iġsma tal-karattri ġej minn sors wieħed, minn fuq, bħalikieku l-uniku dawl dieħel mit-tieqa li hemm fis-saqaf tal-oratorju. Fl-arti, dan id-dawl jissejjaħ, ''luce del cantina.''
== Bibliografija selettiva ==
Bonello Giovanni, ‘Caravaggio Duo: A very personal Assessment’, ''Histories of Malta, Mysteries and Myths''.
Line 40 ⟶ 38:
Von Sandart Joachim, ‘Caravaggio and early 17th century Malta’. ''The Times, Saturday, September 16, 2007''.
== Referenzi ==
[[Kategorija:Pitturi Taljani|Caravaggio]]
|