Michael Jackson: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Żidt xi virgoli u żidt kelma, illum 22 ta' April 2021 għal aktar kjarezza.
m Żidt ħolqa
Linja 11:
 
== ''Jackson 5'' ==
Meta Jackson kellu għaxar snin il-''[[Jackson 5]]'' diġà kienu jdoqqu fuq livell professjonali u jduru l-klabbs. Hu beda jkanta magħhom minn mindu kellu sitt snin. Ta’ tmien snin sar il-kantant ewlieni flimkien ma’ ħuh Jermaine. F’wieħed minnhom rahom il-produttur Bobby Taylor lil ħeġġeġ lil Motown biex jagħmel kuntratt magħhom. Berry Gordy, il-fundatur ta’ Motown, kien qal li huma kienu l-aħħar stilel li ħadem magħhom. Gordy iktar tard sar il-kunjatu ta’ Jermaine ukoll.
 
Il-grupp għamel suċċess minnufih b’erba’ kanzunetti li telgħu fl-ewwel post. Permezz tagħhom kisbu ħafna ammiraturi kif ukoll programm fuq it-televixin. Iżda kellhom prezz xi jħallsu għaliex is-suċċess wara sar piż.