Arsenal FC: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 55:
== Storja ==
{{artiklu prinċipali|Storja ta' Arsenal FC (1886–1966)|Storja ta' Arsenal FC (1966–preżent)}}
L-Arsenal kien fundat bħala '''Dial Square''' fl-1886 minn ħaddiema tar-[[Royal Arsenal]] f'[[Woolwich]], imma ftit wara kienu ġew imsemmija '''Royal Arsenal'''. L-isem reġa' tbiddel għal darb'oħra għal '''Woolwich Arsenal''' wara li saru professjonisti fl-1891. Il-klabb ingħaqad mal-[[Football League]] fl-1893, fejn bdew fit-[[It-Tieni Diviżjoni tal-Football League|Tieni Diviżjoni]], u kisbu l-ewwel promozzjoni għall-[[L-Ewwel Diviżjoni tal-Football League|Ewwel Diviżjoni]] fl-1904. Madanakollu, il-pożizzjoni iżolata tal-klabb irriżultat f'attendenzi iktar baxxi minn ta' klabbs oħra, biex wassal lill-klabb fi problemi finanzjarji u kważi qrib il-falliment fl-1910, meta l-klabb kien akkwistat minn [[Henry Norris]].<ref>{{Ċita ktieb | awtur=Phil Soar; Martin Tyler | titlu=The Official Illustrated History of Arsenal | publikatur=Hamlyn | sena=2005 | pages=pġ. 32–33 | id={{ISBN |0-600-61344-5}}}}</ref> Norris prova jmexxi lill-klabb x'imkien ieħor, u fl-1913, ftit wara r-relegazzjoni lura lejn it-Tieni Diviżjoni, l-Arsenal imxew lejn l-[[Arsenal Stadium]] il-ġdid ġewwa [[Highbury]], fit-Tramuntana ta' Londra; huma neħħew "Woolwich" mill-isem tat-tim fis-sena ta' wara.<ref>{{Ċita ktieb | awtur=Phil Soar; Martin Tyler | sena=2005 | titlu=The Official Illustrated History of Arsenal | pages=pġ. 40 }}</ref> Fl-1919, minkejja li spiċċaw biss fil-ħames post, l-Arsenal setgħu jerġgħu jingħaqdu mal-Ewwel Diviżjoni għall-ispejjeż tar-rivali lokali tat-[[Tottenham Hotspur FC|Tottenham Hotspur]], b'kawża ta' kontroversji fir-regolament.<ref>Kien ġie allegat li l-promozzjoni tal-Arsenal seħħet grazzi għall-azzjonijiet diżonesti min-naħa tal-president tal-Arsenal [[Henry Norris|Henri Norris]]; ara [[Storja ta' Arsenal FC (1886–1966)]] għal aktar dettalji. Dawn id-dikjarazzjonijiet jaqilbu bejn makkinazzjonijiet politiċi u bejn korruzzjoni totali; l-ebda prova ċerta ta' xi ħaġa ħażin ma kienet qatt instabet. Sommarju qasir hu mogħti fuq: {{Ċita ktieb | awtur=Phil Soar; Martin Tyler | sena=2005 | titlu=The Official Illustrated History of Arsenal | paġni=pġ. 40 }} Għal kont aktar dettaljat jista' jinstab fuq: {{Ċita ktieb | awtur=Jon Spurling | titlu=Rebels for the Cause: The Alternative History of Arsenal Football Club | publikatur=Mainstream | sena=2004 | id={{ISBN |0-575-40015-3}} | paġni=pġ. 38–41 }}</ref>
 
[[Stampa:Trophy presentation Highbury 2004.JPG|200px|thumb|Il-kaptan ta' Arsenal [[Patrick Vieira]] jerfgħa t-trofew tal-[[Premier League 2003–04]].]]
Linja 68:
L-Arsenal reġa' beda jirbaħ mill-ġdid permezz tal-inkarigu sorprendenti tal-[[fiżjoterapista]] [[Bertie Mee]] bħala kowċ fl-1966. Wara li tilfu żewġ finali tal-[[Football League Cup|League Cup]], l-iskwadra rebħet it-[[Tazza tal-Fieri]], l-ewwel trofew Ewropew, fl-[[Tazza tal-Fieri 1969-70|1969–70]]. Din ir-rebħa waslet ukoll għall-ewwel [[Id-Doppjetta|doppjetta]] tal-kampjonat u l-FA Cup, fl-[[Kampjonat tal-futbol Ingliż 1970–71|1970–71]]. Imma wara dan il-perjodu favorevoli, kien hemm mument ta' kollass u fid-deċennju suċċessiv l-iskwadra waslet qrib ir-rebħ ta' diversi titli. L-Arsenal ikklassifikaw fit-tieni post tal-Ewwel Diviżjoni fl-[[Kampjonat tal-Futbol Ingliż 1972–73|1972–73]], tilfu tliet finali tal-FA Cup (fl-[[FA Cup 1971-72|1971–72]], fl-[[FA Cup 1977-78|1977–78]] u fl-[[FA Cup 1979-80|1979–80]]) u tilfu t-[[Tazza tat-Tazez Ewropej 1979-80|1979–80]] wara l-[[għoti tal-penalties]]. L-uniku suċċess miksub, li għadu sal-lum ikkunsidrat bħala wieħed klassifiku, kienet l-[[FA Cup 1978-79|1978–79]] miksuba fl-aħħar minuta kontra l-[[Manchester United FC|Manchester United]] bl-iskor ta' 3–2.<ref>Sondaġġ Ingliż tal-2005 fost il-benjamini wera li l-finali tal-FA Cup 1979 kienet il-ħmistax-il l-isbaħ partita ta' kull żmien. Referenza: {{Ċita aħbar | url=http://www.telegraph.co.uk/sport/main.jhtml?xml=/sport/2005/04/19/sfnwin19.xml | titlu= Classic final? More like a classic five minutes | awtur=Winter, Henry | xogħol=Daily Telegraph | data=19-04-2005 | aċċessdata=30-01-2007 }}</ref>
 
Fl-1986 kien hemm ir-ritorn tal-eks-plejer [[George Graham]] bħala kowċ fejn wassal it-tielet perjodu ta' glorja. L-Arsenal rebaħ l-League Cup fl-1987, fl-ewwel staġun taħt il-gwida ta' Graham. Din ir-rebħa kienet segwita minn dik fil-kampjonat fl-[[Kampjonat tal-futbol Ingliż 1988–89|1988–89]], mirbuħ fl-aħħar minuta tal-aħħar partita tal-istaġun kontra l-arċi-rivali u sfidanti għat-titlu [[Liverpool FC|Liverpool]]. L-Arsenal ta' Graham rebaħ kampjonat ieħor fl-[[Kampjonat tal-futbol Ingliż 1990–91|1990–91]] (fejn tilfu biss partita waħda), id-doppjetta tal-FA Cup u l-League fl-1993, u t-tieni trofew Ewropew, it-Tazza tat-Tazez Ewropej, fl-[[Tazza tat-Tazez Ewropej 1993-94|1993–94]]. Imma r-reputazzjoni ta' Graham kienet tħammġet meta kien ġie żvelat li kien aċċetta pagament illegali mill-aġent [[Rune Hauge]] biex jixtri ċerti plejers,<ref>Graham kien sospiż għal sena mill-Football Association għall-parteċipazzjoni tiegħu fl-iskandlu wara li hu stess ammetta li kien irċieva "rigali mhux mistenni" minn Hauge. Referenza: {{Ċita aħbar | url=http://football.guardian.co.uk/News_Story/0,,148114,00.html | titlu=Rune Hauge, international man of mystery | xogħol=The Guardian | awtur=Collins, Roy | data=18-03-2000 | aċċessdata=30-06-2008 | lingwa=Ingliż}} Dan il-każ hu muri aktar fid-dettal fuq: {{Ċita ktieb | awtur=Tom Bower | titlu=Broken Dreams | publikatur=Simon & Schuster | sena=2003 | id={{ISBN |0-7434-4033-1}}}}</ref> u b'hekk spiċċa eżonerat fl-1995. Is-sostitut tiegħu, [[Bruce Rioch]], baqa' biss staġun wieħed, fejn ħalla l-iskwadra wara battibekk mal-bord tad-diretturi.<ref>{{Ċita web | url=http://www.arseweb.com/history/faq/faq96.html | titlu=Arsenal - summary of the 1995/96 season | editur=Arseweb | aċċess=30-06-2008 |lingwa=Ingliż }}</ref>
 
Is-suċċessi tal-klabb tas-snin disgħin u tal-millenju l-ġdid, huma parti minnhom mertu tal-kowċ [[Arsène Wenger]], li wasal fil-klabb fl-1996. Wenger adotta tattika ġdid, reġim ġdid ta' taħriġ u għamel l-akkwist ta' xi plejers barranin li kkomplemtaw mat-talenti Ingliżi li kienu diġà fit-tim. L-Arsenal għamel it-tieni doppjetta ta' tazez fl-[[Premier League 1997–98|1997–98]] u t-tielet waħda fl-[[Premier League 2001–02|2001–02]]. Barra minn hekk it-tim wasal sal-finali tat-[[Tazza UEFA 1999–2000]] (li tilfuha bl-għoti tal-penalties kontra l-[[Galatasary SK|Galatasaray]]), rebaħ l-FA Cup fl-[[FA Cup 2002–03|2002–03]] u fl-[[FA Cup 2004–05|2004–05]], u rebaħ il-Premier League fl-[[Premier League 2003–04|2003–04]] mingħajr ma jitlef partita waħda, fejn ingħataw il-laqam bħala l-"Invinċibbli";<ref name="invincibles">{{Ċita aħbar | url=http://news.bbc.co.uk/sport1/hi/football/teams/a/arsenal/3713537.stm| titlu=Arsenal the Invincibles| xogħol=BBC Sport | awtur=Ian Hughes | data=15-05-200| aċċessdata=30-06-2008 |lingwa=Ingliż }}</ref> b'kollox, il-klabb lagħab 49 logħba fejn baqgħu mingħajr telfa, fejn dan hu rekord nazzjonali.