Herbert Ganado: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Student politics involvement
Linja 5:
Hu twieled fis-[[subborg]] tal-[[Furjana]] fis-7 ta' April, tal-1906. Isem Ganado jintrabat ma' ħafna ħidma sfuża favur Malta u l-Maltin. Hemm diversi sferi pubbliċi fejn Ganado nħass fis-seklu għoxrin; aktarx li l-iktar tnejn huma l-[[ġurnaliżmu]] u l-[[politika]]. It-tnejn li huma kienu jistrieħu fuq dak li hu essenzjali biex jiftiehem il-karattru ta' Herbert u biex fuq kollox tkun apprezzata l-ħidma tiegħu: il-konvinzjonijiet reliġjużi tiegħu li hu ma kien jibdilhom ma' xejn. Jekk tneżża' lil Ganado mit-twemmin tkun tlift kollox u l-kwadru jittappan. Ħajtu hija katina sħiħa ta' episodji fejn hu niżel jikkumbatti bl-enerġija tiegħu lil min deher li ried jeqred ir-reliġjon li ġab [[Pawlu ta' Tarsu]] fis-sena sittin wara Kristu. Dawn il-konvinzjonijiet ġabuh biex jaħdem id f'id mal-[[Arċisqof Mikiel Gonzi]]. Ganado kien sar l-alleat tiegħu f'kull sens. Kellu qima lejh u ħadem għalih kemm fl-istampa kif ukoll fil-politika. Il-ġurnaliżmu u l-politika tawh l-ispazju perfett fejn jikkumbatti għall-prinċipji tiegħu.
 
Ganado studja l-Liċeo u l-Università ta' Malta. Illawrja bħala avukat fl-1931. Bħala student kien attivPresident filtal-Kunsill Studenti Universitarji. Bejn l-[[1936]] u l-[[1940]] kien President ta' l-[[Azzjoni Kattolika]]. Din l-għaqda offrietlu spazju fejn jimmilita għall-[[Kristjaneżmu]]. Sforz il-biża' li kellu li r-reliġjon għad tispiċċa minn Malta mbarka ruħu fl-istampa billi beda jeditja [[Leħen is-Sewwa]] u wara l-eżilju krudil fl-[[Uganda]] daħal fil-politika. Fil-''Leħen is-Sewwa'', fi żmien il-[[gwerra ċivili Spanjola]], Ganado kiteb artikli favur id-dittatur [[Franco]]. L-iktar artiklu kontroversjali tiegħu fuq il-waqgħa ta' [[Madrid]] bit-titlu ''Dħalna Madrid'', kif ukoll is-simpatija tiegħu lejn l-Italja [[Faxxiżmu|Faxxista]], wasslu sabiex fl-1940 jiġi internat u fl-1942, eżiljat lejn l-[[Uganda]]. L-artiklu għen immens biex il-miżien jimxi favur l-internament. Hu nnifsu kien stqarr li kien privileġġ għalih li jbati għal-Leħen. Il-fażi tiegħu bħala editur kien żmien eċitanti. Ganado l-editur ma dabbar l-ebda libel u fuq kollox kellu viżjoni miftuħa. Kien jinteressah x'inhu jiġri lilhinn mis-swar.
 
L-istorja ta' l-Internament hija waħda mill-ikreh faċċati tas-seklu għoxrin fejn grupp ta' Maltin inkluż Dr. Ganado ġew ittrattati mill-Ingliżi daqs li kieku kienu kriminali. Dawn ġew internati mill-Ingliżi mingħajr ġuri jew sentenza tal-qrati, azzjoni li ħafna jarawha bħala ironika meta wieħed jikkunsidra li l-Ingilterra kienet meqjusa bħala l-omm tal-parlamenti. Dawn is-suppost kriminali Maltin ma kienu xejn għajr nies entużjasti, wħud minnhom anki ffissati fil-kultura Taljana.