Los Angeles: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Paġna ġdida: thumb|250px|Muntaġġ tad-diversi dehriet ta' Los Angeles '''Los Angeles''', magħrufha wkoll fil-qasir bħala '''L.A.''', hija belt fl-...
 
Linja 5:
 
Imlaqqma bħala ''City of Angels'' (Il-Belt tal-Anġli) minħabba kif isimha huwa tradott bil-[[lingwa Spanjola]], Los Angeles hi magħrufha għall-[[klima Mediterranja]] tagħha u d-diversità etnika. Il-belt hija wkoll mutur ekonomiku sustanzjali fil-pajjiż, b'ekonomija diversifikata f'numru ta' kampijiet professjonali u kulturali. Los Angeles hi wkoll famuża minħabba li fiha tospita lil [[Hollywood]], iċ-ċentru tal-industrija tad-divertiment fid-dinja.
 
== Storja ==
[[Stampa:LosAngeles-Plaza-1869.jpg|250px|thumb|Los Ángeles Plaza, 1869]]
L-isem Los Angeles ġej mill-[[Lingwa Spanjola|Ispanjol]] għal "L-Anġli" u huwa verżjoni mqassra mill-isem oriġinali tal-post li kien "''El Pueblo de Nuestra Señora la Reina de los Ángeles de Porciúncula''"<ref>{{ċita web |url=http://articles.latimes.com/2005/mar/26/local/me-name26 |titlu=City of Angels' First Name Still Bedevils Historians |data=26 ta' Marzu 2005 |editur=Los Angeles Times |lingwa=Ingliż |awtur=Bob Pool }}</ref> (bil-Malti, "il-belt ta' Santa Marija tal-Anġli ta' Porzjunkola"), mogħti wara li l-esploratur Katalan [[Gaspar de Portolà]] mexxa spedizzjoni f'Southern California flimkien mal-patrijiet [[Ordni Franġiskana|Franġiskani]] [[Junípero Serra]] u [[Juan Crespi]]. Fl-4 ta' April 1850, [[California]] saret stat tal-Istati Uniti, u fl-istess sena Los Angeles saret muniċipalità meta l-popolazzjoni tagħha kienet ta' madwar 1,600 ruħ. Il-ferrovija waslet Los Angeles fl-1876 taħt il-kumpanija [[Southern Pacific Railroad]].
 
L-ewwel korp tal-pulizija f'Los Angeles ġie fundat fl-1853 taħt l-isem ta' Los Angeles Rangers, minn volontiera. Fl-1869 twaqqfet l-LAPD, akronimu ta' [[Los Angeles Police Department]], meta sitt aġenti ġew maħtura mill-kap tal-pulizija William C. Warren. Illum il-ġurnata hemm 'il fuq minn 4,000 aġent tal-għassa, mingħajr ma jingħaddu il-Los Angeles Sheriff's Department, li jkopru l-kontea kollha ta' Los Angeles.
 
L-ewwel tkabbir fl-iżvilupp ta' Los Angeles kien fl-iskopera taż-żejt fl-1892. Fl-1923, iż-żona ta' Los Angeles kienet tforni kwart taż-żejt konsumat fid-dinja. Los Angeles ospitat żewġ edizzjonijiet tal-[[Logħob Olimpiku]] fl-1932 u l-1984.
 
== Referenzi ==
{{Referenzi}}
 
== Ħoloq esterni ==