Fidel Castro: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Paġna ġdida: Fidel Castro (Biran, Kuba, 13 ta' Awwissu, 1926 - 25 ta' Novembru, 2016) kien rivoluzzjonarju Kuban li mexxa lil Kuba mill-1959 sal-2008. Taħt it-tmexxija tiegħu, Kuba saret stat...
 
Linja 24:
 
Fl-1962 qamet il-kriżi tal-missili nukleari tal-Unjoni Sovjetika f’Kuba li wasslet biex is-Sovjetiċi jirtiraw il-missili fuq l-insistenza ta’ l-Amerikani. L-involviment ta’ Kuba fl-Amerika ċentrali, l-Afrika u l-Karibew komplew żiedu l-antipatija lejhom min-naħa ta’ l-Amerikani.
 
== Kisbiet ==
Taħt Castro, Kuba saret it-tieni l-inqas pajjiż fir-rata tal-illitteriżmu fid-dinja (it-tieni l-aktar li jafu jaqraw). 99.8% tal-Kubani jafu jiktbu u jaqraw. Fil-qasam tas-saħħa, Kuba huwa l-iktar pajjiż fid-dinja li għandu tobba ras għal ras, u bagħat fid-dinja eluf ta’ tobba f’iktar minn erbgħin pajjiż ieħor.
 
Fil-qasam ambjentali, fl-2007, Kuba kien l-uniku pajjiż fid-dinja li laħaq id-definizzjoni tal-WWF ta’ żvilupp sostenibbli.
 
== Staġnar ekonomiku ==
 
Iżda mbagħad fl-ekonomija u iktar u iktar fejn jidħlu drittijiet umani u libertà reliġjuża il-pajjiż baqagħlu ħafna x’jaqdef biex imqar ikun fl-ewwel tal-nofs tal-istatistika dinjija.
F’pajjiżu, Castro rnexxielu jeqred kważi għal kollox l-illitteriżmu, iżda l-ekonomija kellha bżonn għajnuna kbira.
 
Il-bidliet kbar li seħħew fis-snin tmenin fil-pajjiżi ta’ l-Ewropa tal-Lvant, u t-tmiem ta’ l-Unjoni Sovjetika ħallew lil Kuba iżolata politikament, filwaqt li l-embargo ta’ l-Amerikani kompla jagħmel ħafna ħsara lill-ekonomija Kubana.
Line 33 ⟶ 38:
Fi Frar 1996, jet fighters Kubani waqqgħu żewġ ajruplani Amerikani li kienu qed ituru fl-ispazju ta’ l-ajru Kuban. L-embargo Amerikan sar iktar strett.
 
== RiformiKuba u l-Knisja Kattolika ==
 
Fl-1961, 80% tal-qassisin kellhom jitilqu minn Kuba. Wara l-famuża “Bay of Pigs”, il-Gvern Komunist Kuban beda jqishom kompliċi mal-Amerikani biex jippruvaw ineħħuh mis-setgħa. L-Istat beda jippromwovi l-ateiżmu u jikkunsidra r-reliġjonijiet bħala twemmin superstizzjuż u injorant.
 
Il-Kattoliċi u nies ta’ reliġjonijiet oħra kienu jiġu ppersegwitati fl-iskejjel u fuq il-postijiet tax-xogħol.
 
Minkejja dawn is-snin kollha ta’ propoganda anti-reliġjuża, il-Knisja Kubana llum tistma li 60% tal-Kubani huma Kattoliċi u jinsabu mferrxin fi ħdax –il djoċesi.
 
Iż-żjara tal-Papa Ġwanni Pawlu II fl-1998 fuq stedina tal-Gvern Kuban żgur tejbet ir-relazzjonijiet bejn Stat u Knisja. Fil-21 ta’ Jannar 1998 il-Papa Ġwanni Pawlu II beda żjara f’Kuba fejn appella biex “Kuba tinfetaħ għad-dinja u d-dinja għal Kuba.”.
 
== Riformi ==
Itt-transizzjoni ta' poter li seħħet fl-aħħar għaxar snin ta' Fidel Castro għal ħuħ Raul, fissret bidu ta' riforma. Il-ftuħ ta' relazzjonijiet diplomatiċi bejn Kuba u l-Istati Uniti fi żmien il-presidenza Obama jistgħu jwasslu għal riformi ekonomiċi ta' ġid għall-pajjiż u l-poplu Kuban.
 
== Mewt ==