Massimiljanu Kolbe: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 18:
Waqt li kien Ruma għall-istudju, Massimiljanu, ra għaddejja dimostrazzjoni tal-[[Mażunerija|Mażuni]]. Dawn kellhom standard li fuqu kien hemm xbiha ta' [[Arkanġlu Mikiel|San Mikiel]] mirbuħ mix-Xitan. Il-Mażuni għajtu kliem ta' dagħa lejn it-tieqa tal-Papa u nstemgħu jgħidu li x-xitan għad isaltan fil-Vatikan u l-Papa għad ikollu jaqdih. Kien b'reazzjoni għal dan li fl-1917, flimkien ma’ sitta minn sħabu waqqaf il-"Pija Unjoni tal-Milizzja tal-Immakulata". Kien jemmen li ''“''Hemm bżonn li l-Immakulata tidħol fil-qalb ta' kull bniedem u dan sabiex tkun Hi li hemm twaqqaf it-tron tal-Iben t’Alla.''”''
 
Kien iħobb jgħid: "Min għandu lil Marija bħala ommu, għandu lil Ġesù bħala ħuh."
Fit-28 ta’ April 1918, ġie ordnat saċerdot fil-Knisja ta' Sant'Andrea della Valle,f'Ruma. Huwa marad serjament bit-tuberkolozi, marda li kompliet tagħtih problemi tul ħajtu kollha.
 
Fit-28 ta’ April 1918, ġie ordnat saċerdot fil-Knisja ta' Sant'Andrea della Valle, f'Ruma. Huwa marad serjament bit-tuberkolozi, marda li kompliet tagħtih problemi tul ħajtu kollha.
 
Kolbe marad serjament bit-tuberkolozi, marda li kompliet tagħtih problemi tul ħajtu kollha.
 
== "Belt tal-Immakulata" fil-Polonja ==
Line 49 ⟶ 53:
Fit-28 ta’ Mejju 1941 ħaduh fil-kamp tal-konċentrament ta’ [[Auschwitz]], fejn fl-ifran tiegħu nħarqu iktar minn ħames miljun ruħ. Hemm, Patri Kolbe sar numru: 16670. Il-Kmandant Krott kien jagħtih xogħol iebes iktar minn ħaddieħor. Darba, għabbieh b’tagħbija tqila u ġiegħlu jiġri biha. Huwa ma felaħx u waqa' bit-tagħbija. Krott qabad isawtu sakemm tilfu minn sensieh.
 
F’Lulju, Kolbe ntbagħat fil-kamp tal-invalidi, fi Blokk 14.
== Jagħti ħajtu għal priġunier ieħor ==
 
Line 56 ⟶ 60:
Is-surġent Franġisk Gajowniczek meta ġie magħżul biex ikun wieħed mill-għaxra għajjat: "Għażiża marti miniex ser narak iżjed! Għeżież uliedi li llum ser issiru ltiema minn missierkom, insellmilkom darba għal dejjem!" Għal dan il-kliem Patri Kolbe ħareġ mil-linja tiegħu, neħħa l-berritta minn rasu, mar quddiem il-kmandant u waqt li wera b’idejh is-surġent, qallu: ”Jiena saċerdot kattoliku mill-Polonja; jiena xiħ; għalhekk irrid nieħu postu għax hu għandu l-mara u t-tfal”.
 
Patri Kolbe u d-disgħa l-oħra ġew imneżżgħin minn ħwejjiġhom u mitfugħin f’bunker fi Blokk 11, biex imutu bla ikel u bla xorb. Mill-bunker kien jinstema' kuljum talb u kant. Kolbe rnexxielu jibdel iċ-ċella tal-infern f’kappella.
 
Wara ġimgħatejn, sitta kienu mietu, tlieta kienu mitlufin minn sensihom u Patri Kolbe biss kien għadu ħaj u f’sensih. Temmewlu ħajtu b’injezzjoni tal-velenu. Lil Hans Boch, li tah l-injezzjoni qallu: "Int ma fhimt xejn mill-ħajja..." u filwaqt li dan ħares lejh mistagħġeb, Kolbe ssokta: "...il-mibegħda ma tiswa għalxejn... L-imħabba biss toħloq". L-aħħar kliem tiegħu, b'idu miftuħa, kien: "Ave Maria!". Dakinhar kien l-14 ta’ Awissu 1941.
 
Wara ġimgħatejn, sitta kienu mietu, tlieta kienu mitlufin minn sensihom u Patri Kolbe biss kien għadu ħaj u f’sensih. Temmewlu ħajtu b’injezzjoni tal-velenu. Dakinhar kien l-14 ta’ Awissu 1941. Jirrakonta wieħed mill-gwardji tal-kamp, Borgoviec: “Mitluf fit-talb, newwel driegħu lill-bojja. Jien ma flaħtx u tlaqt 'il barra. Mort lura iktar tard u sibtu hemm bilqiegħda, mistrieħ mal-ħajt u rasu mmejla lejn ix-xellug. Għajnejh miftuħa beraħ iħarsu ‘l fuq”.
 
== Iddikjarat qaddis ==