Faragħun: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 53:
 
=== L-Imperu l-Ġdid ===
Il-perjodu ta' kalma u prosperità ta' wara dam ma ġie sal-1500 QK, bl-Imperu l-Ġgid, li fih irrenjaw il-faragħuni l-iżjed magħrufa, li ħolqu imperu kolonjali enormi fis-Sirja-Palestina ([[Kangħan]]) u [[Kux]] (Nubja) u ġew f'kuntatt mal-popli l-oħra tal-[[Lvant Nofsani]]. Madankollu, dawn ir-rejiet kellhom jiffaċċjaw periklu kbir riegħed it-tron li kien ġej mill-qassisin ta' AmonAmun li kienu saru qawwijin ħafna. It-tmexxija tal-belt kapitali għad-Delta fl-aħħar għenet biex il-Qassis l-Għoli ta' Amun isir kważi re indipendenti u jirrovina l-monarkija Eġizzjana.
 
=== il-Perijodu tat-tard ===
Wara din is-sitwazzjoni, l-Eġittu qatt ma seta jsir imperu kbir. Bejn meta l-qassisin ta' AmonAmun ħadu l-poter f'idejhom u l-wasla ta' dinastija qawwija, id-Dinastija XXVI, kien hemm erba' snin kritiċi li fihom iggvernaw tnejn, tlieta u anke aktar faragħuni fl-istess ħin, u l-pajjiż invadewh il-Libjani, in-Nubjani u l-Assirjani. Id-Dinastija XXVI ppruvat tirkupra l-glorja tar-Renju l-Qadim, iżda l-konkwista Persjana ħassret kollox.
 
Wara l-invażuri Achaemenidi, Maċedoni u Tolemajċi (dawn tal-aħħar jappartjenu għad-dinastija msejħa Tolemajka) ippruvaw jadattaw għad-drawwiet tal-pajjiż u aċċettaw li jkunu deifikati matul ħajjithom.
Linja 99:
 
Il-'''Mara Rjali Ewlenija''' , ekwivalenti għar-reġina fit-trasmissjoni tan-nisel irjali dejjem kienet toqgħod mal-faragħun. Il-pożizzjoni ta' '''Mara Rjali Ewlenija''' bl-Eġizzjan ''ueret nise Hemet'' ma kinitx biss pożizzjoni politika fil-qorti rjali, iżda wkoll pożizzjoni reliġjuża peress li l-Mara Rjali Ewlenija kienet tippresiedi f'diversi riti reliġjużi tal-festi.
Kienu jeżistu varji riti mferrxin mal-pajjiż taż-'''Żewġ Artijiet''' li kienu jinvolvu l-faragħun u l-mara ewlenija tiegħu. Il-kulti li jiffurmaw terna bħal: [[Osiris]], [[Isis]] u [[Horus]]; [[AmonAmun]], [[Mut]] u [[Jonsu]]; [[Shu (mitoloġija)|Shu]], [[Tefnut]] u [[Atum]], eċċ kull jinvolvu l-parteċipazzjoni tal-faragħun, il-mara ewlenija tiegħu u meta kien possibbli, l-eredi tiegħu. F'dawn riti, li kienu espressi f'għadd ta' festi bħall-festa ta' [[Opet]] f'Karnak, il-parteċipazzjoni tar-re u r-reġini kienu jfakkru l-eżistenza divina tal-allat rappreżentati.
U mhux biss, minħabba li l-Eġizzjani kienu jemmnu li l-leġittimità tgħaddi biss mill-mara, il Mara Rjali Ewlenija kienet il-garanzija u l-aqwa appoġġ tal-faragħun matul saltnatu. Għalhekk ma niskantawx li l-fargħuni kienu jiżżewġu l-bint il-predeċessur tagħhom (f'ħafna każi din kienet tkun oħthom jew oħthom farsdieq) biex jitilgħu fuq it-tron.
 
Linja 106:
Il-faragħun kien ikollu nisa ta' grad taħt il-Mara Rjali Ewlenija kemm irid, u jekk ried seta' wkoll itellagħhom għall-grad ta' Mara Rjali Ewlenija (għalkemm din kienet ħaġa rari). Fl-ewwel dinastiji kien ikollu għadd ta' nisa sekondarji u konkubini, u mill-bidu tal-Imperu l-Ġdid, ir-rejiet kienu jżommu ħaremijiet enormi li kien ikun fihom kull tipi ta' mara, fosthom prinċipessi barranin li kienu jmorru joqgħodu hemm. Hemm differenza kbira bejn il-ħaremijiet Fargħunin u l-ħaremijiet leġġendarju tal-kalifi u s-slaten Għarab; fl-Eġittu tal-qedem il-ħarem kien istituzzjoni aktar miftuħa, mhux ħabs mgħasses mill-ewnuki. Din is-sitwazzjoni bdiet tidher biss mal-wasla tal-Persjani u l-Griegi.
 
Inkwantu l-familja rjali u s-suċċessjoni għat-tron, ir-regoli ma baqgħux immutabbli matuk l-eluf ta' snin tar-renu tal-faragħuni. Għalhekk, matul id-Dinastija, fil-bidu tal-Imperu l-Ġdid twaqqfet il-pożizzjoni qawwija ta' '''Bint Alla''', li rabtet ir-reġina mal-alla [[AmonAmun (mitoloġija)|AmonAmun]], u għamlitha l-'''Wellieda tal-Eredi''', l-unika waħda li setgħet twelled is-suċċessur tal-faragħuni renjanti, 'il fuq mill-irġejjen l-oħra tal-ħarem irjali. Madankollu, is-suċċessjoni normalment kien joħodha eredi maskili, anki jekk dan ma jkunx bin il-Mara Rjali Ewlenija, iżda bin reġina aktar baxxa. Jekk is-suċċessur ikun ġej minn reġina ta' grad aktar baxx, kien jiżżewweġ bint il-Mara Rjali Ewlenija tar-re li miet. Hekk ġara fil-każ ta' [[Hatshepsut]] u [[Thutmose II]], li nafu kien bin reġina ta' grad iżjed baxx. Dan ġara wkoll fil-każ ta' [[Tutankhamun]], li żżewweġ bint [[Akhenaten]] u [[Nefertiti]], li okkupat il-pożizzjoni ta' Mara Rjali Ewlenija.
 
Il-futur tal-ulied bniet kienet tiddependi fuq il-grad ta' ommhom; bint reġina kienet tista' tiret il-pożġel nobbli jew tibqa tgħix fil-ħarem.