Mario Grech: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 1:
'''L-Isqof Mario Grech''' ([[Qala]], Għawdex, 20 ta’ Frar 1957) huwa l-Isqof ta' [[Għawdex]].
 
Bin George u Stella, huwa twieled u tgħammed fil-parroċċa tal-Qala, iżda ta’ età żgħira familtu marret toqgħod il-Ta' [[Kerċem]].
 
== Studju u Ordinazzjoni ==
 
Attenda l-iskola tas-Sorijiet Karmelitani u l-Iskola Primarja ta’ Kerċem. Wara li temm l-istudji tiegħu fl-Iskola Sekondarja ta’ [[Victoria|Rabat (Għawdex)]], fl-1977 beda l-Kors tal-Filosofija u iktar tard dak tat-Teoloġija fis-Seminarju ta’ Għawdex.
 
Wara l-ordinazzjoni tiegħu fil-Katidral t’Għawdex, nhar is-26 ta’ Mejju 1984, minn idejn l-Isqof [[Nikol Cauchi]], intbagħat Ruma fejn kiseb il-Liċenzja fil-Liġi Kanonika u Ċivili fl-Università Pontifiċja tal-Lateran. Fis-snin ta’ wara, kiseb ukoll id-Dottorat fil-Liġi Kanonika mill-Università Pontifiċja ta’ San Tumas t’Akwinu. Fiż-żmien li dam Ruma, barra mill-ħidma pastorali li wettaq fil-parroċċa tal-Assunzjoni fejn kien residenti, ħadem ukoll fil-kamp tal-Liġi Kanonika fit-Tribunali tal-Knisja f’Ruma, kemm fil-Vigarjat kif ukoll fis-Sacra Romana Rota.