Mafja: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 21:
Qabel ma l-Faxxi nqerdu, il-mafja kienet ppruvat tinfilsa fihom in-nies tagħha, biex jekk dawn jirnexxu, hi ma titlifx il-privileġġi tagħha. Iżda fl-istess ħin baqgħet tgħin lill-gabillotti biex hekk, jirbaħ min jirbaħ, hi dejjem se tkun minn fuq għax tidher bħala medjatriċi bejn iż-żewġ naħat.
 
Meta kien ċar li l-Istat kien se jdaħħal il-liġi marzjali, il-"Fratellanza", msejħa ukoll l-"Onorata Società" (kif kienet tissejjaħ ''Cosa nostra''), inqatgħet mill-Faxxi(li kienu għamlu minn kollox biex ma jħallux mafjużi jidħlu magħhom, u ħafna drabi rnexxielhom) u bdiet tgħin lill-gvern fir-ripressjoni tiegħutagħhom (tal-Faxxi). Bħala "vendetta" kontra l-Faxxi, li ħaduha kontra s-setgħa tal-propjetarji kbar imsejħin ''latifondisti'', fl-1915 f'Corleone il-mafjużi qatlu lil Bernardino Verro, li kien fost l-aqwa mexxejja tal-Faxxi fis-snin disgħin tas-seklu dsatax.
 
Il-Priministru Giolitti ippermetta li l-koperattivi jissellfu mill-banek u jinnegozjaw weħidhom, bla gabillotti, kuntratti diretti mal-proprjetarji tal-artijiet. Dan, flimkien ma' liġi elettorali ġdida li tat il-vot lill-irġiel kollha, wasslu mhux biss għar-rebħa ta' ħafna sindki [[Soċjaliżmu Demokratiku|Soċjalisti]] f'diversi bliet Sqallin, imma wkoll għat-tmien tal-irwol li kellha l-mafja fil-medjazzjoni għall-kuntratti.