Jum il-Ħelsien (Malta): Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 51:
 
Warajh telgħu jqegħdu l-fjuri tagħhom il-membri tal-korp diplomatiku, rappreżentanti tal-[[Partit Laburista]] u tal-General Workers Union u rappreżentanti ta’ għaqdiet u assoċjazzjonijiet li waslu sa fuq il-Monument tal-Ħelsien f’korteo li telaq minn Pjazza Gavino Gulia, Bormla. Aktar kmieni, fid-daħla ta’ bejn il-Birgu u l-Isla saret ir-regatta tradizzjonali, tlielaq tal-kenuri, opri tal-baħar u fl-aħħar għadd ta’ ''skiers'' daħlu sa quddiem il-monument bit-torċa tixgħel f’idejhom.
 
== L-Innu tal-Ħelsien ==
 
Dom Mintoff kien ikkummissjona lill-kompożitur magħruf Mikis Theodorakis biex jikkomponi l-mużika tal-innu "Lil Malta f'Jum il-Ħelsien", miktub mill-poeta Malti [[Karmenu Vassallo]]. L-Innu ndaqq għall-ewwel darba fil-31 ta' Marzu 1979 mill-Berlin Philharmonic Orchestra taħt it-tmexxija ta' Herbert von Karajan.
 
Aħna minn qalbna nsellmulek, Malta!
 
Ommna kont dejjem, omm mill-aħjar!
 
Bosta fl-imgħoddi rajt għawġ u tbatija.
 
Bosta doqt f'għomrok niket u mrar.
 
Ħajtek għaddejtha tistabar b'min ħakmek.
 
Ħajtek lejl kienet - xitwa mill-agħar
 
 
Issa jum ġdid, Malta, sebaħ għalik:
 
F'artek, Sultana, kulħadd jifraħ bik.
 
Ħielsa tul għomrok kif int ma kont qatt.
 
Ġieħek ma' ħiltek kif jixraq irbatt.
 
Wasal sa fl-aħħar għalik il-ħelsien
 
Beda sa fl-aħħar għalik l-egħżeż żmien.
 
 
== Tifkira kull sena mill-Partit Laburista ==