Ingólfr Arnarson: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Paġna ġdida: Stampa:Ingolf by Raadsig.jpg|thumb|275px|Ingólfr jagħti l-kmand sabiex jittellgħu l-pilastri tas-siġġu tiegħu. ''Ingolf tager Island i besiddelse'' – Johan Peter Raadsig ...
 
No edit summary
 
Linja 1:
[[Stampa:Ingolf by Raadsig.jpg|thumb|275px|Ingólfr jagħti l-kmand sabiex jittellgħu l-pilastri tastat-siġġutron tiegħu. ''Ingolf tager Island i besiddelse'' – Johan Peter Raadsig (1850)]]
'''Ingólfur Arnarson'''<ref>L-Iżlandiż modern jispelli l-isem bl-ittra ‹u›: ''Ingólf'''u'''r Arnarson''.</ref> huwa rikonoxxut bħala l-ewwel [[kolonja|kolonizzatur]] Nordiku permanenti tal-[[Iżlanda]]. Skont il-kronaka tal-istabbiliment Skandinavu fl-Iżlanda, il-''[[Landnámabók]]'' (miktub tlieta jew erba' mitt sena wara l-kolonizzazzjoni), Ingólfur bena l-fabbrika tiegħu f'[[Rejkjavik]] fis-sena 874,<ref>Sejbiet arkeoloġiċi riċenti jissuġġerixxu li l-kolonizzazzjoni setgħet bdiet xi ftit qabel, però d-data mhix 'il bogħod ħafna.</ref> u dan ta l-bidu għall-era tal-kolonizzazzjoni li dam sad-930.
 
Il-kronakista Medjevali [[Ari Thorgilsson]] qal li Ingólfr kien l-ewwel Nordiku fl-Iżlanda, imma semma li "Papar", jiġifieri patrijiet u eremiti Irlandiżi, kienu diġà ġew fil-pajjiż qabel il-[[Vikingi|poplu Nordiku]]. Huwa kiteb li dawn ħallew il-post minħabba li ma riedux jgħixu qalb in-nies pagani li waslu.
 
Il-''Landnámabók'' jinkludi storja twila dwar il-kolonizzazzjoni ta' Ingólf. Il-ktieb jistqarr li hu ħalla n-Norveġja wara li kien involut f'argument maħruq. Hu kien sema bi gżira ġdida li [[Garðarr Svavarsson]], [[Flóki Vilgerðarson]] u oħrajn sabu fl-[[Oċean Atlantiku]]. Flimkien ma' ħuh tar-rispett [[Hjörleifr Hróðmarsson]] hu baħħar lejn l-Iżlanda. Meta lemaħ l-art, hu tefa' l-pilastri tat-tron fil-baħar (bħala sinjal li kien il-kap tal-grupp) u wiegħed li jgħix fejn l-allat jiddeċiedu li jwasslu dawn il-pilastri. Tnejn mill-iskjavi tiegħu fittxew il-kosti għal tliet snin sakemm sabu l-pilastri fil-bajja żgħira li kellha issir Rejkjavik. Sadanittant, Hjörleifr kien ġie maqtul mill-ilsiera Irlandiżi minħabba li kien jaħqarhom. Ingólfr b'vendetta qatilhom fil-Gżejjer Vestman (bl-Iżlandiż [[Vestmannaeyjar]], imsemmi wara l-iskjavi).
 
Jingħad li Ingólfur ikkolonizza l-biċċa l-kbira tal-Lbiċ tal-gżira, imma ismu minn dakinhar spiċċa jidher fil-kronaki. It-tifel tiegħu, Thorsteinn Ingólfsson kien kap kbir u lilu hi attribwita l-ewwel assemblea politika tal-gżira ("þing"), il-predeċessur ta' dak li llum huwa l-[[Althing]] (parlament Iżlandiż).
 
L-isem Ingólfur ġej minn [[Lingwa Nordika Antika|Nordiku Antik]] li jfisser "''alla lupu''" (''"Ing"'' = ''"alla"'' + ''"úlfr"'' = ''"lupu"'').
 
== Referenzi ==