Inter: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
No edit summary
Linja 157:
 
Ibbażat fuq il-mudell Ingliż għall-istadju, San Siro huwa ddisinjat speċifikament għal logħbiet tal-futbol, għall-kuntrarju, hemm ħafna grawnds multi-fini użati fis-Serie A. Għalhekk huwa magħruf għall-atmosfera meraviljuża tiegħu fl-Italja waqt il-logħob, grazzi għall-viċinanza tal-istands lejn il-grawnd. L-użu frekwenti tal-''flares'' mill-partitarji jikkontribwixxu għall-atmosfera, iżda l-prattika kultant tikkawża l-problemi.
 
==Partitarji u rivalitajiet==
[[Stampa:Adriano score vs Milan February 2009.jpg|thumb|left|Inter kontra r-rivali Milan fi Frar 2009, magħrufa bħala [[Derby della Madonnina]]]]
Inter huwa wieħed mill-aktar klabbs appoġġjati fl-Italja, skont id-dispożizzjoni tar-riċerka ta' Awwissu 2007 mill-gazzetta Taljana ''[[La Repubblica]].''<ref name=research>{{ċita aħbar|url=http://www.repubblica.it/2007/08/sezioni/sport/calcio/tifo-contro/tifo-contro/tifo-contro.html|editur=La Repubblica official website|titlu=Research: Supporters of football clubs in Italy|data=Awissu 2007|lingwa=Taljan}}</ref> Storikament, l-akbar sezzjoni ta' partitarji ta' Inter mill-belt ta' Milan kienu klassi tan-nofs ''[[bourgeoisie]]'' Milanisti, filwaqt li l-partitarji ta' Milan huma tipikament klassi tal-ħaddiema u l-porzjon sinifikanti huma migranti mill-[[Mezzogiorno|Italja t'Isfel]].<ref name="autogenerated1" />
 
Il-grupp [[ultras]] tradizzjonali ta' Inter huwa ''Boys San''; dawn ikollhom post sinifikanti fl-istorja tax-xena ultras b'mod ġenerali minħabba l-fatt li huma wieħed mill-eqdem, huma kienu fondati fl-1969. Politikament, l-ultras ta' Inter huma normalment ikkunsidrati tal-lemin u dawn għandhom relazzjonijiet tajba mal-ultras tal-Lazio. Kif ukoll il-grupp prinċipali ta' ''Boys San'', hemm erba' gruppi aktar sinifikanti: ''Viking'', ''Irriducibili'', ''Ultras'', u ''Brianza Alcoolica''.
 
Inter għandhom diversi rivalitajiet, tnejn minnhom huma ferm sinifikanti fil-[[futbol Taljan]]; l-ewwelnett, huma jipparteċipaw fid-''[[Derby della Madonnina]]'' ma Milan. Din ir-rivalità ilha teżisti minn meta Inter infirdu minn ma Milan fl-1908.<ref name="autogenerated1" /> L-isem tad-derby jirreferi għall-[[Beata Marija Verġni]], din hemm l-istatwa tagħha fil-[[Katidral ta' Milan]] li hija waħda mill-attrazzjonijiet ewlenin tal-belt. Il-logħba normalment toħloq atmosfera vivaċi, b'numri ta' banners (spiss umoristiċi jew offensivi) qabel il-logħba. Il-''flares'' huma komunement preżenti, iżda wasslu wkoll għall-abbandun tat-tieni leg tal-kwarti tal-finali tal-[[UEFA Champions League 2004–05]] bejn Milan u Inter fit-12 ta' April wara li partitarju ta' Inter waddab ''flare'' lil gowler ta' Milan [[Dida (gowler)|Dida]] fuq spallejh.<ref>{{ċita aħbar|url=http://news.bbc.co.uk/sport1/hi/football/europe/4432047.stm|editur=BBC |titlu=Milan game ended by crowd trouble|data=25 ta' Lulju 2007}}</ref>
 
L-aktar rivalità sinifikanti oħra hija ma Juventus; it-tnejn li jieħdu sehem fid-''[[Derby d'Italia]]''. Din saret famuża mill-iskandli tal-futbol Taljani tal-2006, fejn Juventus sfaw relegati, dawn kienu l-uniċi klabbs Taljani li qatt ma lagħbu taħt is-[[Serie A]]. Fis-snin riċenti, Inter żviluppat ir-rivalità ma' Roma, huwa spiċċaw runners-up meta Inter rebħu 5 darbiet il-kampjonat bejn l-2005 u l- 2010. Iż-żewġ naħat lagħbu f'5 finali tal-Coppa Italia u erba' finali tas-Supercoppa Italianamill-2006. Klabbs oħra, bħal [[Atalanta BC|Atalanta]] u [[SSC Napoli|Napoli]], huma kkunsidrati bħala r-rivali tagħhom.<ref>{{ċita web|url=http://www.rangers.it/avversari/inter.html |titlu=INTER : gli Ultras avversari – Rangers 1976 Empoli Ultras |editur=Rangers.it |data= |aċċessdata=2013-01-07}}</ref>
 
==Referenzi==