Membru tal-Parlament Ewropew: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Paġna ġdida: '''Membru tal-Parlament Ewropew (MPE)''', '''Ewrodeputat''' jew '''Ewroparlamentari''' huwa persuna li ġie elett għall-Parlament Ewropew. Meta l-Parlament Ewropew ġie stabbi...
 
No edit summary
Linja 1:
'''Membru tal-Parlament Ewropew (MPE)''', '''Ewrodeputat''' jew '''Ewroparlamentari''' huwa persuna li ġie elett għall-[[Parlament Ewropew]]. Meta l-Parlament Ewropew ġie stabbilit, MPE kien maħtura mill-istati membri minn membri tal-parlament nazzjonali tagħhom. Madanakollu, mill-1979 MPE bdew jiġu eletti b'[[suffraġju universali]]. Kull [[Stat membru tal-Unjoni Ewropea|stat membru]] jistabbilixxi l-mod kif jiġu eletti l-MPE tiegħu u f'ċerti pajjiżi s-sistema elettorali nbidlet matul ż-żmien u f'diversi raġjuni. Attwalment l-istati kollha jużaw is-sistema proporzjonali.
 
== Elezzjoni tal-MPE ==
 
Mill-1 ta' Jannar 2007, meta r-[[Rumanija]] u l-[[Bulgarija]] ngħaqdu fl-UE, kien hemm 785 MPE; in-numru niżel għal 736 fl-aħħar elezzjonijiet tal-2009, għalkemm dan se jikber għal 751 bi dħul fis-seħħ tat-[[Trattat ta' Liżbona]] li ta lill-Parlament poteri leġiżlattivi ġodda. Kull stat għandu minn tal-inqas sitt deputati bil-massimu jkun ta' 96. L-elezzjonijiet isiru darba kull ħames snin fuq il-bażi ta' [[suffraġju universali]]. M'hemm l-ebda sistema ta' votazzjoni uniforma għall-elezzjoni tal-MPE; kull stat membru huwa ħieles li jadotta s-sistema tiegħu, suġġett għal tliet restrizzjonijiet:
* Is-sistema irid ikollha [[rappreżentanza proporzjonata]], jew taħt is-[[sistema tal-lista]] jew il-[[vot trasferibbli uniku]]
* Iż-żona elettorali tista' tiġi maqsuma jekk dan ma jaffettwax in-natura proporzjonali tas-sistema ta' votazzjoni
* Kwalunkwe limitu għall-allokazzjoni tas-siġġijiet fuq livell nazzjonali ma jistax jaqbeż il-5%
 
== Ħoloq esterni ==