Komuniżmu: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 15:
Iżda iż-żminijiet kienu nbidlu. Fin-nofs kellek l-influwenza ta’ l-Istati Uniti, li bl-hekk imsejjaħ Suq Ħieles riedet twaqqaf il-firxa tal-Komuniżmu u Soċjaliżmu. Kellek ukoll lil partiti tal-lemin li bil-biża’ li x-xellug jista’ jirbaħ il-poter, kontra qalbhom bdew jintroduċu miżuri simili għal dawk mixtieqa mill-partiti u movimenti xellugin, fosthom il-welfare state.
 
Ħafna kienu dawk iż-żgħażagħ li kienu influwenzati mill-affarijiet kif seħħew snin qabel fir-[[Russja]].
 
Fost dawn nistgħu nsemmu lil Ernesto Che Guevara li wara vjaġġ li għamel tul l-Amerika Latina, il-faqar li ra b’għajnejh ħeġġu biex jippromwovi t-twemmin Soċjalista. Ingħaqad ma’ Fidel Castro u flimkien ħadmu biex iseħħ ir-Rivoluzzjoni Kubana. Mas-suċċess ta’ din ir-rivoluzzjoni ‘Che’ beda jaħdem biex l-ideali tar-rivoluzzjoni jinfirxu fil-kumplament tal-kontinent ta’ l-Amerika Latina.
 
Fl-istess waqt, fil-pajjiżi li kienu kolonja ta’ wieħed mill-pajjiżi Ewropej, bħall-Ingilterra, [[Franza]], Belġju u Portugall, nibtu fihom movimenti xellugin u rivoluzzjonarji. L-idea li l-ġid tal-pajjiż jinqasam b’ugwaljan-za fost iċ-ċittadini u ma jitħal-liex ikompli jittiekel mill-ħak-kiema kienet waħda qawwija.
 
Iżda l-firxa tat-twemmin xellugi kien kontrastat mill-politika Amerikana li riedet tiproteġi l-interess tagħha - fuq quddiem nett il-kapital. L-Istati Uniti ħadmet bis-sħiħ biex flimkien ma’ l-alleati tagħha tiġġieled il-firxa Soċjalista. Fl-Istati Uniti stess, għexieren kienu dawk iċ-ċittadini Amerikani li spiċċaw fil-ħabsijiet minħabba li kellhom twemmin xellugi.
Linja 27:
Għal 50 sena sħaħ l-Istati Uniti u l-Unjoni Sovjetika kienu jinsabu għaddejjin bil-magħrufa Gwerra Bierda, li għalkemm ma kienx hemm ġlied bl-armamenti, il-battalji kienu jseħħu fil-qasam ekonomiku u nfluwenzi politiċi.
 
Minħabba għadd ta’ ċirkostanzi, fosthom il-wasla fil-poter ta’ [[Mikhail Gorbachev]], is-saħħa tal-Unjoni Sovjetika bdiet tmajna sa ma wasal il-kollass politiku u ekonomiku tagħha tas-snin disgħin.
 
== Wara l-waqgħa tal-Unjoni Sovjetika ==