Komuniżmu: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Paġna ġdida: Il-Komuniżmu huwa moviment soċjo-politiku li jimmira għal soċjetà bla klassijiet strutturata fuq proprjetà komuni tal-mezzi ta' produzzjoni, aċċess liberu għal artikli ta' ko...
 
Linja 29:
Minħabba għadd ta’ ċirkostanzi, fosthom il-wasla fil-poter ta’ [[Mikhail Gorbachev]], is-saħħa tal-Unjoni Sovjetika bdiet tmajna sa ma wasal il-kollass politiku u ekonomiku tagħha tas-snin disgħin.
 
== Wara l-waqgħa tal-Unjoni Sovjetika ==
 
Il-waqgħa tal-Unjoni Sovjetika heżżet is-sisien politiċi ta’ diversi partiti xellugin, speċjalment dawk Ewropej. Il-fatt li ma kienx fadal stat Soċjalista b’saħħtu d-diżorjenta kompletament lill-partiti xellugin. Eżempju ċar ta’ dan huwa dak li seħħ fl-Italja. Il-Partit Kommunista Taljan għal snin twal dejjem kien wieħed mill-akbar partiti. Iżda l-waqgħa tal-Unjoni Sovjetika tatu daqqa li ma rkuprax minnha. Il-mexxejja tiegħu bdew jaħsbu kif jaraw ħalli jbiddlu l-politika tagħhom u jagħmluha appellabbli għan-nies. Bidlulu isimu għall-Partit Demokratiku tax-Xellug (PDS). Wara ftit snin reġgħu bidlu l-isem u għamluh Demokratiċi tax-Xellug (DS) u f’Ottubru li għadda ingħaqdu mal-partit Margherita u ffurmaw il-Partit Demokratiku (PD). L-uniku tifkira tal-partit komunista Taljan huma r-Rifondazione Comunista u Comunisti Italiani, magħmula minn politiċi u membri li ma ċaħdux l-ideal tagħhom biex jingħoġbu mill-bidliet li kienu qed iseħħu.