Tom Cleverley: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Paġna ġdida: {{Infobox Plejer tal-Futbol 2 |isem_plejer = Tom Cleverley |stampa = 225px |isem_sħiħ = Thomas William Cleverley |data_twe...
 
No edit summary
Linja 1:
{{Infobox Plejer tal-Futbol 2
|isem_plejer = Tom Cleverley
|stampa = [[Stampa:Tom Cleverley goal vs MLS All-Stars cropped.jpg|225px200px]]
|isem_sħiħ = Thomas William Cleverley
|data_twelid = {{data tat-twelid u età|1989|08|12}}
Linja 24:
|snin3 = 2009–2010
|klabbs3 = → [[Watford FC|Watford]] (self)
|preż3 = 1533
|gowls3 = 211
|snin4 = 2010–2011
|klabbs4 = → [[Wigan Athletic FC|Wigan Athletic]] (self)
Linja 36:
|aġġornament = 20:20, 24 Awwissu 2011 (UTC)
}}
'''Thomas William "Tom" Cleverley''' ([[Basingstoke]], [[12 ta' Awwissu]] [[1989]]) huwa plejer tal-[[futbol]] [[Ingilterra|Ingliż]] li jilgħab bħala [[midfilder]] ma' [[Manchester United FC|Manchester United]]. Wara li beda fid-dixxiplina tal-futbol ma' [[Bradford City FC|Bradford City]], Cleverley ingħaqad ma' Manchester United ta' 1215-il sena. Bejn l-2009 u l-2011 ġie misluf ma' tliet klabbs differenti sabiex jiggwadanja l-esperjenza.
 
== Karriera ==
 
=== Bidu tal-karriera ===
 
Cleverley beda l-karriera tiegħu ma' [[Bradford City AFC|Bradford City]], qabel ma fis-sajf tal-2005, fl-età ta' 15-il sena, ingħaqad ma' [[Manchester United FC|Manchester United]]. Matul l-istaġun 2005–06 lagħab disa' logħbiet mal-kategorija ta' taħt it-18-il sena, waqt li s-sena ta' wara ġie promoss għat-tim tar-riservi. Cleverley kellu rwol strumentali fit-tim taż-żgħażagħ li rebaħ il-Manchester Senior Cup u l-Lancashire Senior Cup. Il-prestazzjonijiet konsistenti tiegħu wassluh sabiex jieħu l-faxxa ta' kaptan fl-assenza tal-kaptan regulari Sam Hewson, kif ukoll nominazzjoni fl-unur tal-Plejer tar-Riservi tas-Sena, unur li ntrebaħ minn Richard Eckersley.
 
Bħala rikonoxximent għall-prestazzjonijiet eklatanti tiegħu, Cleverley issejjaħ mat-tim tal-kbar ta' Manchester United għat-tour tal-[[Afrika t'Isfel]] u l-logħba ta' ħbiberija kontra [[Portsmouth FC|Portsmouth]] fin-[[Niġerja]] matul is-sajf tal-2008.<ref>{{ċita web |isem=Gemma |kunjom=Thompson |url=http://www.manutd.com/en/News-And-Features/Football-News/2008/Jul/Trio-join-senior-squad.aspx |titlu=Trio join senior squad |editur=ManUtd.com |data=24-07-2008 |aċċess=16-01-2009 |lingwa=Ingliż }}</ref> Hu ddebutta fil-konfront kontra [[Kaizer Chiefs FC|Kaizer Chiefs]] fil-finali tal-Vodacom Challenge, fejn wara li daħal bħala sostitut fit-tieni taqsima skorja t-tielet mill-erba gowls wara siegħa logħob.
 
=== Perjodi ta' self ===
 
Nhar is-16 ta' Jannar 2009, Tom Cleverley ġie msellef lil [[Leicester City FC|Leicester City]] għall-kumplament tal-istaġun 2008–09.<ref>{{ċita web |url=http://www.lcfc.com/page/LatestNews/0,,10274~1522804,00.html |titlu=United Midfielder Joins Foxes |editur=LCFC.com |data=16-01-2009 |aċċess=16-01-2009 |lingwa=Ingliż }}</ref> Hu ddebutta fid-19 ta' Jannar 2009 fir-rebħa ta' 2–0 kontra [[Yeovil Town FC|Yeovil Town]]. Wara żewġ gowls u 15-il preżenza ma' Leicester, is-self kellu jintemm minħabba li weġġa' spalltu fil-konfront kontra [[Colchester United FC|Colchester United]]. Minkejja li s-self kien spiċċa, Cleverley xorta waħda ngħata midalja wara r-rebħ tal-promozzjoni ta' Leicester bħala ċampjins tal-[[Football League One|League One]].<ref>{{ċita web |url=http://www.lcfc.com/page/LatestNews/0,,10274~1638777,00.html |titlu=Champions Picture Special |editur=LCFC.com |data=25-04-2009 |aċċess=25-04-2009 |lingwa=Ingliż }}</ref>
 
Fit-18 ta' Awwissu 2009, Cleverley iffirma taħt self ma' [[Watford FC|Watford]].<ref>{{ċita web |url=http://news.bbc.co.uk/sport1/hi/football/teams/w/watford/8206810.stm |titlu=Watford seal Cleverley loan deal |editur=BBC Sport |data=18-08-2009 |aċċess=18-08-2009 |lingwa=Ingliż }}</ref> Id-debutt tiegħu, li wassal f'dik il-ġurnata stess, immarkah b'gowl fir-rebħa ta' 4–2 kontra [[Nottingham Forest FC|Nottingham Forest]]. Erbat ijiem wara skorja t-tieni gowl tiegħu fil-pari ta' 2–2 kontra [[Blackpool FC|Blackpool]]. Il-perjodu ta' self tiegħu ġie estiż sa tmiem l-istaġun 2009–10, u Cleverley ħad vantaġġ minn dan iż-żmien hekk kif żied ħames gowls mat-total li kellu. Għal darb'oħra problemi fiżiċi kellhom joħonqu l-logħob tiegħu u kellu jtemm is-self tiegħu f'April tal-2010.<ref>{{ċita web |url=http://news.bbc.co.uk/sport1/hi/football/teams/w/watford/8610377.stm |titlu=Watford midfielder Tom Cleverley out for season |editur=BBC Sport |data=08-04-2010 |aċċess=09-04-2010 |lingwa=Ingliż }}</ref> Iż-żmien mal-''Hornets'' kien jinvolvi 11-il gowl f'35 logħba u kif ukoll ir-rebħ tal-unur tal-Plejer tas-Sena.<ref>{{ċita web |url=http://www.watfordfc.com/page/NewsDetail/0,,10400~2028625,00.html |titlu=Player of the Season |editur=WatfordFC.com |data=18-05-2010 |aċċess=19-05-2010 |lingwa=Ingliż }}</ref>
 
Wara li Cleverley ħa sehem fit-tour ta' Manchester United ġewwa l-[[Stati Uniti tal-Amerika|Istati Uniti]] tas-sajf 2010, fil-31 ta' Awwissu [[Wigan Athletic FC|Wigan Athletic]] ikkonfermaw li kienu qablu li jisselfu lil Cleverley sa tmiem l-istaġun.<ref>{{ċita web |url=http://www.wiganlatics.co.uk/page/NewsDetail/0,,10429~2140646,00.html |titlu=Tom Clevlerley Joins Roberto Revolution |editur=WiganLactics.co.uk |data=31-08-2010 |aċċess=31-08-2010 |lingwa=Ingliż }}</ref> Fil-11 ta' Settembru, Cleverley iddebutta għal Wigan kif ukoll lagħab l-ewwel logħba tiegħu fil-[[Premier League]], meta ħa post [[Mauro Boselli]] fil-75 minuta u assista lil [[Antolin Alcaraz]] fil-pari ta' 1–1 kontra [[Sunderland AFC|Sunderland]]. L-ewwel gowl tiegħu mal-klabb wasal fit-telfa ta' 3–1 kontra [[West Ham United FC|West Ham United]] tas-27 ta' Novembru. F'Jannar tal-2011, il-perjodu ta' self ġie estiż sa tmiem l-istaġun.
 
=== Lura ma' Manchester United ===
 
Cleverley iddebutta uffiċjalment ma' Manchester United fir-rebħa ta' 3–2 kontra r-rivali [[Manchester City FC|Manchester City]] fil-finali tal-[[FA Community Shield|Community Shield]] 2011. Hu daħal fit-tieni taqsima minflok [[Michael Carrick]], b'United 2–0 minn taħt, u assista l-gowl ta' [[Nani]] li ġab l-iskor indaqs. Għall-istaġun 2010–11 ingħata l-flokk numru 23, vakanti minn [[Jonny Evans]] li ħa n-numru 7. Nhar l-14 ta' Awwissu 2011, beda l-ewwel partita tiegħu mal-ewwel ħdax fil-konfront mill-ewwel ġurnata tal-[[Premier League 2011–12|kampjonat 2011–12]] kontra [[West Bromwich Albion FC|West Bromwich Albion]].
 
== Statistika ==
Line 90 ⟶ 110:
 
== Referenzi ==
{{Referenzi|2}}
 
== Ħoloq esterni ==