Differenza bejn ir-reviżjonijiet ta' "Premju Nobel"

2,524 bytes miżjuda ,  10 snin ilu
l-ebda taqsira
(Paġna ġdida: {{stub}} Il-'''Premju Nobel''' (''Nobelpriset'' bl-Iżvediż) huwa unur internazzjonali li jingħata ta' kull sena mill-gvern Żvediż. Il-premju jingħata lil persuni li jkunu ddisti...)
 
{{stub}}
Il-'''Premju Nobel''' (''Nobelpriset'' bl-Iżvediż) huwa unur internazzjonali li jingħata ta' kull sena mill-gvern [[Żvezja|Żvediż]]. Il-premju jingħata lil persuni li jkunu ddistingwew ruħhom fid-diversi oqsma ta' għarfien, "li ġabu benefiċċji sostanzjali lill-umanità" bir-riċerki, skoperti u invenzjonijiet, bix-xogħol letterarju tagħhom, jew bl-impenn li urew lejn il-paċi fid-dinja.
 
Dan il-premju ġie stabbilit fl-1901 skont l-aħħar xewqat ta' [[Alfred Nobel]] (1833–1896), inventur tad-[[dinamita]]. Iċ-ċerimonja ssir fl-10 ta' Diċembru, fil-ġurnata tal-mewt tal-fundatur Żvediż.
== It-testment ta' Alfred Nobel ==
 
[[Stampa:AlfredNobelAlfred adjustedNobels will-November 25th, 1895.jpg|thumb|upright300px|It-testment ta' Alfred Nobel]]
Mal-mewt tiegħu, Alfred Nobel ħalla wirt ta' 3231 miljun [[krona Żvediża|krona]], 94% tal-[[assi]] kollha tiegħu. It-testment tiegħu, miktub fl-1895, ma jipprovdi l-ebda eredi dirett għall-wirt tiegħu, imma Alfred Nobel sejjaħ għal istituzzjoni li tippremja kull sena nies li taw l-impenn kbir tagħhom lejn l-umanità, li tejjbu jew għamlu progress konsiderevoli fil-qasam tal-għarfien u l-kultura f'ħames dixxiplini differenti: il-[[paċi]] jew [[diplomazija]], il-[[letteratura]], il-[[kimika]], il-[[fiżjoloġija]] jew il-[[mediċina]], u l-[[fiżika]]. Barra minn hekk, it-testment jgħid li n-nazzjonalità tal-persuna li jieħu l-premju m'għandha tilgħab l-ebda parti fl-għoti ta' dan l-istess premju.
 
Barra minn hekk, it-testment jgħid li n-nazzjonalità tal-persuna li jieħu l-unur ma' għandiex tkun waħda determinanti. Il-Fondazzjoni Nobel twieldet fid-29 ta' Ġunju, 1900. Din tara li timxi mal-aħħar xewqat tat-testatur, u tara li kollox jimxi skont ir-regoli fid-deżinjazzjoni tar-rebbieħa u tiċċekkja l-progress tan-nomina tagħhom. Il-Fondazzjoni innifisha mhijiex involuta fl-għażla tan-nominati għall-premju. Din l-istituzzjoni privata hi eżenti minn kull taxxa fl-[[Żvezja|Iżvezja]] (mill-1946) u mit-taxxi tal-investiment fl-[[Stati Uniti tal-Amerika|Istati Uniti]] (mill-1956). Mis-snin tmenin, l-investimenti tal-Fondazzjoni ġabu aktar profitt fejn sa Diċembru tal-2007, l-assi kkontrollati mill-Fondazzjoni Nobel ammontaw għal 3.628 biljun krona (madwar 560 miljun [[dollaru Amerikan]]).
 
L-ewwel ċerimonja saret fl-1901 qrib l-akkademja rjali qadima tal-mużika ta' [[Stokkolma]] (iċ-ċerimonja tal-għoti tal-Premju Nobel għall-Paċi sar ġewwa [[Oslo]]). Mill-1902, il-premjijiet bdew jiġu mogħtija b'mod formali mir-[[Lista ta' rejiet tal-Iżvezja|Re tal-Iżvezja]]. Dawn il-premjijiet jingħataw waqt ċerimonja li ssir kull sena fl-10 ta' Diċembru. Madanakollu, l-ismijiet tar-rebbieħa jkunu diġà ġew imħabbra f'Ottubru mill-kumitati u l-istituzzjonijiet li jservu ta' ġurija. L-għotja tal-Premju Nobel twassal ukoll għar-rebħ ta' somma flus, li attwalment iddur mal-10 miljun krona Żvediża (ftit iktar minn miljun [[ewro]]). Il-premju ta' flus kien intiż fil-bidu sabiex jistimola għall-gradwati sabiex ikomplu jistgħanu fil-qasam tagħhom u jibqgħu jaħdmu jew jagħmlu r-riċerki mingħajr il-pressjoni tal-ġbir tal-fondi.
 
== Il-premjijiet ==
 
Il-premjijiet bdew jingħataw mill-1901 taħt il-kategoriji segwenti:
 
* [[Premju Nobel għall-Fiżika|Fiżika]] (mogħti mill-[[Akkademja Rjali Żvediża tax-Xjenzi]])
* [[Premju Nobel għall-Kimika|Kimika]] (mogħti mill-[[Akkademja Rjali Żvediża tax-Xjenzi]])
* [[Premju Nobel għall-Fiżjoloġija jew Mediċina|Mediċina jew Fiżjoloġija]] (mogħti mill-[[Istitut Karolinska]])
* [[Premju Nobel għal-Letteratura|Letteratura]] (mogħti mill-[[Akkademja Żvediża]])
* [[Premju Nobel għall-Paċi|Paċi]] (mogħti minn kumitat nominat mill-[[Storting|parlament Norverġiż]])
 
Mill-1968, bi qbil mal-Fondazzjoni Nobel, il-[[Bank tal-Iżvezja]] (Sveriges Riksbank) beda jagħti wkoll il-[[Premju Nobel għall-Ekonomija]]. Minħabba li dan il-premju m'għandu l-ebda għeruq mix-xewqat ta' Nobel u ma jiġix iffinanzjat mill-fondi tal-familja Nobel, teknikament ma jistax jiġi kkunsidrat bħala premju Nobel (il-membri attwali tal-familja ma jaċċettawx bħala wieħed). Mill-1968 ġie deċiż li ma jiġux miżjuda iktar kategoriji ma' dawk preżenti.
 
== Ħoloq esterni ==
 
*[http://nobelprize.org/ Sit uffiċċjaliuffiċjali]
 
[[Kategorija:Premju Nobel| ]]