Duminku ta' Guzmán: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Paġna ġdida: San Duminku twieled f’Calaruega, Spanja, fl-1170. Meta kellu erbatax-il sena daħal l-Università ta’ Palencia, biex jistudja l-filosofija u t-teoloġija. Waqt li kien għad...
 
No edit summary
Linja 1:
San Duminku (Spanjol: Domingo), magħruf ukoll bħala Duminku ta' Osma jew ta' Guzmán (1170 – 6 ta' Awissu, 1221) kien il-Fundatur tal-Ordni tal-Predikaturi(OP) magħrufin bbħala d-Dumnikani, ordni reliġjuż Kattoliku.
San Duminku twieled f’Calaruega, [[Spanja]], fl-1170. Meta kellu erbatax-il sena daħal l-Università ta’ Palencia, biex jistudja l-filosofija u t-teoloġija. Waqt li kien għadu student sar Kanonku tal-Katidral ta’ Osma. Wara l-Ordinazzjoni tiegħu fl-1195, mar jgħix mal-Kanonċi skond ir-Regola ta’ [[Santu Wistin]]. Fl-1201, sar il-Pirjol tal-Kapitlu.
==Tfulija==
San Duminku twieled f’Calaruega, [[Spanja]], fl-1170, minn familja nobbli, bin Ġovanna ta’ Aza u Feliċ ta’ Guzman. It-tradizzjoni tgħid li meta ommu kienet tqila bih hija kellha ħolma li t-tarbija tagħha, kienet se tkun bħal kelb bit-torċa f’ħalqu, iktar tard interpretata li Duminku bil-prietki tiegħu kellu jagħti dawl lid-dinja kollha. Il-kelb bit-torċa f’ħalqu sar simbolu tal-Ordni Dumnikan. It-tradizzjoni tkompli tgħid ukoll li fil-magħmudija ta’ Duminku, ommu rat stilla tiddi fuq sidru, ġrajja li wasslet biex San Duminku jibda jitqies ukoll bħala patrun tal-astronomija.
 
SanMeta Duminku twieled f’Calaruega, [[Spanja]], fl-1170. Meta kellu erbatax-il sena, daħal l-Università ta’ Palencia, biex jistudja l-filosofija u t-teoloġija. Waqt li kien għadu student sar Kanonku tal-Katidral ta’ Osma. Wara l-Ordinazzjoni tiegħu fl-1195, mar jgħix mal-Kanonċi skond ir-Regola ta’ [[Santu Wistin]]. Fl-1201, sar il-Pirjol tal-Kapitlu.
==L-Albiġiżi==
Fl-1204, kien ma’ l-Isqof tiegħu qed jivvjaġġa fi Franza, u ra l-ħsara li kienu qed jagħmlu l-[[Albiġiżi]], (minn Alby, [[Franza]], li fost tagħlim eretiku ieħor kienu jsostnu li l-ispiritwali huwa tajjeb, u l-materjali huwa ħażin, u li Ġesù ma twelidx tassew minn Marija). Flanguedoc iltaqa’ ma’ wieħed Albiġiż u għadda l-lejl kollu jiddiskuti miegħu sakemm ikkonvinċieh u rah jerġa jħaddan it-twemmin Kattoliku.
Line 13 ⟶ 17:
==Ir-Rużarju==
It-tradizzjoni Kattolika żżomm li San Duminku għamel ir-Rużarju devozzjoni popolari speċjalment biex jikkumbatti l-ereżija tal-Albiġiżi.
==Id-Dumnikani f'Malta==
L-ewwel Kunvent tad-Dumnikani f’ Malta twaqqaf madwar is-sena 1450, qrib għar fir-[[Rabat]] fejn, kif jingħad, il-Madonna kienet dehret lil wieħed kaċċatur; għalhekk il-Kunvent imsemmi beda jissejjaħ il-Kunvent tal-Madonna tal-Għar. Fl-1528 id-Dumnikani fetħu l-Kunvent tal-Lunżjata fil-Birgu; u fl-1569 fetħu l-Kunvent tal-Portu Salvu fil-Belt, [[Valletta]], li kienet għadha kemm bdiet tinbena. Fl-1838 dawn it-tliet Kunventi nfirdu mill-Provincja ta’ [[Sqallija]] u twaqqfu bħala Provinċja ta’ San Piju V. Aktar tard imbagħad żdiedu żewġ Kunventi oħra: fl-1909 il-Kunvent tan-Nazzarenu f’[[Tas-Sliema]]; fl-1945 dak tal-Madonna ta’ Fatima fi [[Gwardamanġa]]; fl-1948 Flores College, il-Belt, għadda f’idejn id-Dumnikani li tawh l-isem ta’ St. Albert the Great College.
 
Il-Kongregazzjoni Maltija tas-sorijiet Dumnikani twaqqfet f’ Għawdex fl-1889 mis-sinjorina Karolina Cauchi u fl-1893 ġiet aggregata ma’ l-Ordni Dumnikan minn P. Fruhwirth, il-Mastru Ġenerali ta’ dak iŻ-Żmien. Fl-1916 fetħet l-ewwel dar tagħha f’ Malta, il-Casa San Pietro, f’ Ħal Lija; ma’ dawn imbagħad Żdiedu tmint idjar oħra: St Joseph Home, ĦaŻ Ûabbar; Lourdes Home fl-Imġarr Għawdex; Apap Institute fil-ħamrun; St Catherine’ s Home f’ Ħ’ Attard; u d-djar Żgħar ta’ Victoria (Trionfi House), tan-Naxxar u ta’ Ħal Safi. Il-Casa Generalizia hi f’ tal-Virtu’. Is-sorijiet Dumnikani Maltin għandhom djar fl-Ingilterra, fl-Italja, fl-Awstralja, fil-Pakistan u fis-Sri Lanka.
 
Nhar is-26 ta' Jannar 2007, il-patri Dumnikan [[Pawlu Cremona]] sar it-tielet Arċisqof ta' Malta.
===Il-Parroċċa ta' San Duminku, il-Belt Valletta===
Il-Knisja tad-Dumnikani fil-Belt Valletta saret “il-parroċċa ewlenija u matriċi tal-Belt il-ġdida kollha kemm hi” mill-[[Papa Piju V|Papa San Piju V]] b’Bolla Apostolika ''Ex Debito Pastoralis'' tat-2 ta’ Lulju 1571. Fil-25 ta’ Mejju 1816, il-knisja tgħolliet għad-dinjità ta’ Bażilika Minuri. Il-knisja oriġinali, mibnija minn Ġlormu Cassar kellha tinħatt madwar mitejn sena wara, minħabba l-ħafna ħsarat li kienet ġarrbet bit-terremot tal-1693. Il-knisja ġdida ġiet konsagrata fil-15 ta’ Ottubru 1889.