Mikelanġlu: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 170:
 
Fuq il-qabar ta' Ġuljanu hemm l-[[allegorija|allegoriji]] ta' ''Il-Lejl'', li minkejja li tissimbolizza l-mewt tħabbar il-paċi suprem u ''Il-Jum'' li hu rappreżentazzjoni stramba ta' raġel imdaħħal fiż-żmien b'rasu mhux kompluta. Dan jissimbolizza l-għeja tal-bidu mingħajr ħajra ta' jum. Fuqhom hemm l-istatwa ta' Giuliano, ħu Ljun X, li tixbaħ sewwa l-iskultura ta' Mosè tal-qabar ta' Ġulju II; minkejja l-kurazza li liebes, jidher il-ġisem ta' atleta żagħżugħ. Fil-qosor, ir-ritratti ta' dawn in-nies tal-familja Medici huma iżjed spiritwali mill-fiżiċi, juru iżjed il-karattru milli d-dehra fiżika. Meta qalu lill-iskultur li dawn bilkemm jixbħu n-nies veru, hu wieġeb: "Min se jinduna għaxar sekli oħra?"<ref>Arbour (1966), p. 167</ref>
 
Mikelanġlu għamel ukoll l-iskultura tal-''Madonna bil-Bambin'', simbolu tal-ħajja eterna li fuq il-ġnub tagħha hemm l-istatwi ta' ''San Kożma'' u ''San Damjanu'', il-protetturi tal-Medici, maħdumin fuq il-mudell ta' Buonarroti minn [[Giovanni Angelo Montorsoli]] u [[Raffaello da Montelupo]], rispettivament. Hawnhekk hemm midfunin Lorenzo (l-ewwel patrun ta' Michelangelo) u ħuh Ġuljanu<ref>Baldini (1978), p. 128</ref>. Dawn l-oqbra baqgħu ma tlestewx, bħall-iskulturi li jirrapreżentaw ix-xmajjar, li kellhom jitqegħdu fil-parti t'isfel tal-oqbra l-oħra li kienu diġà lesti, billi Mikelanġlu telaq għal kollox lejn Ruma fis-sena 1534 minħabba s-sitwazzjoni politika f'Firenze<ref name=Medicees>Berti Luciano, ''Miguel Ángel: Las Tumbas Mediceas'', (Mikelanġlu: L-Oqbra tal-Medici), 1965, Granada, Albaicín/Sadea Edituri</ref>.
 
==Referenzi u noti==