Wikipedija:Manwal tal-istil: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
Linja 93:
* '''Filosofiji, teoriji, movimenti, jew duttrini''' ma jibdew b'ittra kapitali sakemm l-isem mhuwiex ġej minn nom proprju ({{xt|kapitaliżmu kontra Marksiżmu}}) jew sar nom proprju ({{xt|repubblikan}} b'ittri żgħar jirreferu lejn sistema ta' ħsieb politiku; {{xt|Repubblikan}} b'ittra kapitali tirreferi għal diversi partiti politiċi jew ideoloġiji speċifiċi, bħal {{xt|Partit Repubblikan Amerikan}} jew {{xt|Irlandiżi Repubblikani}}). Uża ittri żgħar għal suġġetti ta' duttrina jew ideat kanoniċi reliġjużi (differenti mill-avvenimenti speċifiċi), anke jekk huma kapitalizzati minn xi segwaċi reliġjużi ({{xt|twelid verġni}}, {{xt|dnub oriġinali}}, {{xt|transustanzjazzjoni}}).
* '''Ideali traxxendenti u Platoniċi''' huma kapitalizzati ({{xt|Verità}}, {{xt|it-Tajjeb}}), imma biss fi ħdan il-kuntest ta' duttrina filosofika; għall-użu iktar wiesgħa, dawn jinkitbu b'ittri żgħar ({{xt|Superman jirrapreżenta ideali Amerikani ta' verità u ġustizzja}}). Uża ittri kapitali għal personifikazzjonijiet rappreżentati fl-arti ({{xt|Il-manwal semma statwi tal-Ġustizzja u l-Libertà}}).
 
===Affarijiet tal-kalendarju===
 
* '''Xhur, ġranet tal-ġimgħa, u btajjel''' jibdew b'ittra kapitali ({{xt|Ġunju}}, {{xt|it-Tnejn}}; {{xt|Jum il-Ħelsien}}.
* '''Staġuni''' jinkitbu b'ittri żgħar {{xt|dan is-sajf kien vera sħun}}; {{xt|is-solstizju tax-xitwa jseħħ madwar it-22 ta' Diċembru}}, b'eċċezzjoni għall-personifikazzjonijiet jew f'ismijiet proprji għal perjodi jew avvenimenti.
 
===Annimali, pjanti u organiżmi oħra===
 
Ismijiet xjentifiċi ta' ġeneri u speċi huma miktubin bil-korsiv, b'ittra kapitali fil-bidu għall-ġeneru imma mhux għall-ispeċi; ({{xt|Is-siġra tat-tulipani hi ''Liriodendron tulipifera''}}; {{xt|Kull bniedem modern huwa ''Homo sapiens''}}. Gruppi tassonomiċi 'l fuq mill-ġeneru huma miktuba b'ittra kapitali fil-bidu imma mhux bil-korsiv; per eżempju, il-gawwi hu fil-familja , u aħna fil-familja Hominidae.
 
Ismijiet komuni (vernakulari) ta' flora u fawna jridu jiġu miktuba b'ittri żgħar ({{xt|balluta}}, {{xt|iljun}}). Hemm xi eċċezzjonijiet:
# Fejn isem vernakulari jinvolvi nom proprju, bħall-isem ta' persuna jew post, dak in-nom proprju jiġi kapitalizzat ({{xt|It-tigra Siberjana hi waħda mill-ikbar speċi ta' tigri fid-dinja}}).
 
==Ara wkoll==