Fede Galizia: Differenza bejn il-verżjonijiet

Content deleted Content added
No edit summary
Linja 6:
 
Fede kienet stabbilita kmieni bħala ritrattista u kellha ħafna ordnijiet għar-ritratti. Forsi kienet l-influwenza ta' missierha li ħajjar 'l Fede li tieħu ħsieb ħafna d-dettalji fir-ritratti tagħha. Minħabba kif kienet toħroġ il-ġojjelli u l-ilbies saret imfittxa bħala ritrattista. Kellha sikwit ukoll ordnijiet għal suġgetti reliġjużi u sekulari. Bosta mill-pitturi tagħha ibbażati fuq l-istorja ta' Ġuditta u Oloferne, suġgett popolari fl-arti ta' dak iż-żmien għadhom jeżistu f'kollezzjonijiet privati. Forsi l-ewwel waħda kienet ''Ġuditta bir-ras ta' Oloferne'' li pinġiet fl-1596 u li issa qegħda Sarasota Florida fir-'' Ringling Museum of Art''. Pinġiet ukoll xi minjaturi u titulari għal xi kunventi.
 
L-istil tagħha tar-ritratti, li juża approċċ realistiku qawwi, ġej mit-tradizzjoni naturalistika tar-[[Rinaxximent]] fl-Italja. Is-sengħa artistika ta' Fede fid-disinn u l-pittura jidhru ċari fir-''Ritratt ta' Paolo Morigia'', Ġiżwita studjuż, li kien wieħed mill-ewwel li taha appoġġ. Morigia, li kien ukoll kittieb u storiku, kien jogħġbu ħafna x-xogħol ta' Fede u f’dan ir-ritratt, li għamlet fl-1596, pinġietu jikteb poeżija fuq il-pittura li kienet qegħda tpinġi. Kisbet bosta ordnijiet publiċi għal titulari fil-knejjes ta' Milan; fost dawn kien hemm ''Noli me tangere'' (1616; Milan, S Stefano) li pinġiet għall-artal tal-knisja ta' Santa Marija Maddalena.
 
Barra l-pittura tar-ritratti, Fede kienet tinteressa ruħha ħafna fil-pittura tan-[[natura mejta]], ġeneru li fih kienet pijuniera u li għalih hi l-iżjed magħrufa. Jgħidu li għamlet ħafna żmien tfittex xi ħaġa fl-Italja u l-Greċja. Jidher li sabet xi ħaġa inkredibbli għax tagħbija ta' 2 tunelati ntbagħtet lejn id-dar tagħha tas-sajf fi Spanja. Minkejja li ftit sorsi kontemporanji jsemmu il-pitturi tan-natura mejta ta' Fede, dawn jagħmlu l-parti l-kbira tax-xogħlijiet tagħha li baqa'. Tlieta u sittin pittura ġew assenjati lilha li 44 minnhom huma fil-forma ta' natura mejta. Waħda mill-pitturi tan-natura mejta, impittra fl-1602 u ffirmata, hi x'aktarx l-ewwel natura mejta minn artista Taljan u dan jixhed kemm ikkontribwit għal dan l-istil ġdid tal-pittura.
 
Fede qatt ma żżewġet, kellha ħajja kuntenta u rnexxiet ħafna fil-karriera artistika tagħha. Fl-1630 mietet bil-pesta f'Milan.
 
 
==Noti u referenzi==