George Kastrioti Skanderbeg (bl-Albaniż: Gjergj Kastrioti Skënderbeu; Krujë, 1403Lezhe, 17 ta' Jannar 1468) kien sinjur Albaniż tas-seklu 15,[1] ikkunsidrat bħala eroj nazzjonali għar-reżistenza tiegħu għal iktar minn żewġ deċennji kontra l-Imperu Ottoman.

Skanderbeg

Missieru Gjon Kastrioti kien sinjur tal-Albanija li kien jagħmilha ta' vassal mal-Ottomani. Gjergj Kastrioti, wara karriera militari b'servizz lejn l-Imperu Ottoman, irrifjuta l-Iżlam u rritorna għall-fidi Nisranija. Hu rnexxielu jqajjem rewwixta kontra l-Ottomani, fejn ippreżenta lilu nnifsu bħala difensur tal-Kristjaneżmu fil-Balkani.

L-isem Skanderberg huwa laqam ta' nisel Tork; l-Ottomani kienu jsejħulu Iskender[2] bey li tfisser "Sinjur Alessandru", bħala referenza għall-abbiltajiet bħala kmandant militari li kien jirrifletti lil Alessandru l-Kbir.

Referenzi

immodifika
  1. ^ Skanderbeg dejjem kien jiffirma bħala "Sinjur tal-Albanija" (bil-Latin: Dominus Albaniae), u fid-dokumenti uffiċjali tiegħu ma jidhru l-ebda titlu ieħor.
  2. ^ Verżjoni Torka tal-isem Alessandru

Ħoloq esterni

immodifika