Siti Ewlenin tal-Estrazzjoni fil-Wallonja
Is-Siti Ewlenin tal-Estrazzjoni fil-Wallonja huma Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO magħmula minn erba' siti fil-Wallonja fin-Nofsinhar tal-Belġju li huma assoċjati mal-industrija tal-estrazzjoni tal-faħam tas-sekli 19 u 20. L-erba' siti, li jinsabu fil-Provinċji li jitkellmu bil-Franċiż ta' Hainaut u ta' Liège, huma Grand-Hornu, Bois-du-Luc, Bois du Cazier u l-Minjiera ta' Blegny.
Deskrizzjoni
immodifikaFid-dokument tad-deżinjazzjoni tal-UNESCO tal-2012 is-Siti Ewlenin tal-Estrazzjoni fil-Wallonja ġew uffiċjalment deskritt b'dan il-mod:
L-erba' siti tal-proprjetà jiffurmaw strippa twila 170 kilometru bi tlieta sa 15-il kilometru, li taqsam il-Belġju mil-Lvant għall-Punent. Din tikkonsisti mill-iżjed siti tal-estrazzjoni faħam ippreservati sew fil-Belġju. Is-sit jinkludi eżempji bikrin tal-arkitettura utopika mill-perjodi bikrin tal-era industrijali fl-Ewropa fi ħdan kumpless industrijali u urban integrat ferm, b'mod partikolari l-minjiera tal-faħam ta' Grand-Hornu u l-belt tal-ħaddiema ddisinjata minn Bruno Renard fl-ewwel nofs tas-seklu 19. Bois-du-Luc jinkludi għadd ta' binjiet li nbnew mill-1838 sal-1909 u waħda mill-eqdem minjieri tal-faħam fl-Ewropa li tmur lura għall-aħħar tas-seklu 17. Filwaqt li r-reġjun tal-Wallonja kellu mijiet ta' minjieri tal-faħam, il-biċċa l-kbira tilfu l-infrastruttura tagħhom, mentri l-erba' siti għad għandhom livell kbir ta' integrità.[1]
Storja
immodifikaMatul ir-Rivoluzzjoni Industrijali fis-seklu 19, ix-xogħol tal-estrazzjoni u l-industrija tqila li kienet tiddependi fuq il-faħam kienu jiffurmaw parti kbira mill-ekonomija tal-Belġju. Il-biċċa l-kbira tax-xogħol industrijali u tal-estrazzjoni kienet issir fis-sillon industriel (li bil-Franċiż tfisser "wied industrijali"), strippa art minn naħa għall-oħra tal-pajjiż fejn kienu jinsabu l-ikbar bliet fil-Wallonja. L-erba' komponenti ta' dan is-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO jinsabu kollha fis-sillon industriel jew fl-inħawi.
Is-settur tal-estrazzjoni fil-Belġjun naqas matul is-seklu 20 minħabba d-deindustrijalizzazzjoni u llum il-ġurnata l-erba' komponenti mhumiex operattivi iktar. L-erba' komponenti huma miftuħin u jilqgħu lill-viżitaturi bħala mużewijiet u huma parti importanti mill-wirt industrijali Belġjan.[2]
Sit ta' Wirt Dinji
immodifikaIs-Siti Ewlenin tal-Estrazzjoni fil-Wallonja ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2012.[1]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[1]
Komponenti
immodifikaIsem | Ritratt | Post | Deskrizzjoni |
---|---|---|---|
Grand-Hornu | Hornu, il-Provinċja ta' Hainaut | Kumpless ta' binjiet industrijali assoċjati mal-estrazzjoni tal-faħam, li jmorru lura għall-bidu tas-seklu 19. Dan kien wieħed mill-ewwel eżempji ta' ppjanar tal-irħula u huwa wieħed mill-eqdem irħula-kumpaniji fid-dinja. | |
Bois-du-Luc | Houdeng-Aimeries, il-Provinċja ta' Hainaut | Din hija waħda mill-eqdem minjieri tal-faħam fil-Belġju u ngħalqet fl-1973. Is-sit ġie ppreservat bħala ekomużew filwaqt li s-sit huwa magħruf l-iktar bħala raħal-kumpanija. | |
Bois du Cazier | Marcinelle, il-Provinċja ta' Hainaut | A coal mine from 1822 to 1967, the Bois du Cazier hija minjiera tal-faħam li kienet operattiva mill-1822 sal-1967 u hija magħrufa l-iktar bħala s-sit ta' diżastru kbir fix-xogħol tal-minjieri fl-1956 fejn mietu 262 minatur, l-iktar ħaddiema migranti Taljani. | |
Blegny-Mine | Blegny, il-Provinċja ta' Liège | Din kienet minjiera tal-faħam maġġuri fil-Lvant tal-Belġju u kienet l-aħħar waħda li għalqet fil-provinċja fl-1980. |
Referenzi
immodifika- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Major Mining Sites of Wallonia". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-20.
- ^ Helfer, Malte (2022). "The legacy of coal mining – A view of examples in France and Belgium". In Bluma, Lars; Farrenkopf, Michael; Meyer, Torsten (eds.). Boom - Crisis - Heritage: King Coal and the Energy Revolutions after 1945. Berlin: De Gruyter Oldenbourg. pp. 227–242. ISBN 9783110734768.