Siti Awstraljani tal-Fossili tal-Mammiferi
Is-Siti Awstraljani tal-Fossili tal-Mammiferi huma Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-Awstralja magħmul minn żewġ siti differenti magħrufa għall-fdalijiet estensivi ta' fossili li nstabu fihom.[1]
Deskrizzjoni
immodifikaDan is-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO huwa magħmul minn żewġ żoni separati fl-Awstralja fejn instabu l-fossili ta' mammiferi mill-era Kajnożojka:[1]
- iż-żona ta' Riversleigh fi Queensland
- il-Park Nazzjonali tal-Għerien ta' Naracoorte fin-Nofsinhar tal-Awstralja.
Riversleigh u Naracoorte jitqiesu li huma fost l-aqwa 10 siti tal-fossili fid-dinja u ż-żewġ postijiet huma magħrufa għad-diversità kbira u l-kwalità tal-preservazzjoni tal-fossili li nstabu fihom. Dawn juru l-evoluzzjoni tal-mammiferi fl-Awstralja f'dawn l-aħħar 20 miljun sena u juru wkoll kif il-marsupjali adattaw għat-tibdil fil-klima f'dawn l-aħħar 170,000 sena.[1]
Sit ta' Wirt Dinji
immodifikaIs-Siti Awstraljani tal-Fossili tal-Mammiferi (Riversleigh/Naracoorte) ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1994[1] u żdiedu fil-lista Awstraljana tal-Wirt Nazzjonali fil-21 ta' Mejju 2007.[2]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (viii) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta stadji importanti tal-istorja tad-dinja, inkluż it-trapass tal-ħajja, il-proċessi ġeoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-iżvilupp tat-tipi differenti ta' art, jew il-karatteristiċi ġeomorfiċi jew fiżjografiċi sinifikanti"; u l-kriterju (ix) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta proċessi ekoloġiċi u bijoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-evoluzzjoni u fl-iżvilupp ta' ekosistemi u ta' komunitajiet ta' pjanti u ta' annimali terrestri, tal-ilma ħelu, kostali u tal-baħar".[1]
Referenzi
immodifika- ^ a b ċ d e Centre, UNESCO World Heritage. "Australian Fossil Mammal Sites (Riversleigh / Naracoorte)". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-27.
- ^ "Australian Fossil Mammal Sites - Overview - World Heritage places". web.archive.org. 2017-11-20. Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-11-20. Miġbur 2022-04-27.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)