Shelley Duvall
Shelley Alexis Duvall (7 ta' Lulju 1949 – 11 ta' Lulju 2024) kienet attriċi Amerikana. Magħrufa għall-kollaborazzjonijiet tagħha ma' Robert Altman u għall-interpretazzjoni ta’ karattri eċċentriki, hija rċeviet diversi rikonoxximenti fosthom nominazzjonijiet għal British Academy Film Award u żewġ Primetime Emmys.
Shelley Duvall | |
---|---|
Ħajja | |
Isem propju | Shelley Alexis Duvall |
Twelid | Fort Worthu Houston, 7 Lulju 1949, 1949 |
Nazzjonalità | Stati Uniti tal-Amerka |
L-ewwel lingwa | Ingliż |
Mewt | Blanco, 11 Lulju 2024 |
Kawża tal-mewt | kawżi naturali (kumpliazzjonijiet tad-dijabete) |
Familja | |
Konjuga/i | Bernard Sampson (en) (1970 - 1974) |
Koppja/i |
Paul Simon (mul) Dan Gilroy (en) |
Edukazzjoni | |
Alma mater |
Waltrip High School (en) 1967) South Texas Junior College (en) |
Lingwi | Ingliż |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
attur ċinematografiku produttur tat-televiżjoni kantant doppjatur komiku xeneġġatur producer ċinematografiku attur mużiċist |
Premjijiet | |
Nominat għal |
uri
|
Strument/i tal-mużika | vuċi |
Imwieled f'Texas, Duvall kienet skoperta mid-direttur Robert Altman, li kien impressjonat bil-preżenza pożittiva tagħha u ta parti film tiegħu Brewster McCloud (1970). Minkejja l-eżitazzjoni tagħha biex taqbad karriera ta' attriċi, hija kompliet taħdem miegħu, u dehret f'McCabe & Mrs. Miller (1971) u Thieves Like Us (1974).
Il-parti li wasslet għas-suċċess ta' Duvall kien f'Nashville ta' Altman (1975). L-irwol ewlieni tagħha fid-drama ta’ Altman 3 Women (1977) rebbaħha l- Premju tal-Festival ta’ Cannes għall-Aħjar Attriċi u nomina għall-Premju tal-Films tal-Akkademja Brittanika għall-Aħjar Attriċi f’Rwol Ewlieni. Hija kompliet b'rwol sekondarju fil-kummiedja romantika satirika ta' Woody Allen Annie Hall, u preżentat Saturday Night Live, fiż-żewġ każi fl-1977. Hija saret famuża għar-rwoli ewlenin tagħha matul is-snin tmenin, bħal Olive Oyl fil-verżjoni ta’ Popeye ta’ Altman, u Wendy Torrance fil-film tal-biża ta’ Stanley Kubrick The Shining, it-tnejn fl-1980.
Fis-snin tmenin, Duvall dehret fil-film fantastiku ta’ Terry Gilliam Time Bandits (1981), u l-kummiedja Roxanne (1987). Fl-aħħar nofs tas-snin tmenin bdiet tipproduċi programmi televiżivi mmirati lejn it-tfal u ż-żgħażagħ, u ħolqot u ppreżentat il-programmi Faerie Tale Theatre (1982–1987) u Nightmare Classics (1989), u kisbet nominazzjonijiet għall-Primetime Emmy Award għall-ħolqien u l-ppreżentar ta' Tall. Tales & Legends (1985–1987) u <i id="mwQQ">Shelley Duvall</i>'s BedTime Stories (1992–1994).
Wara s-snin disgħinijiet, Duvall ħadmet b'mod sporadiku, u s-saħħa mentali tagħha fil-frattemp kienet diskussa minn diversi mezzi ta’ komunikazzjoni tal-massa li, għal perjodu qasir, għamlu l-ħajja privata tagħha waħda pubblika ħafna.[1]
Ħajja bikrija
immodifikaShelley Alexis Duvall twieldet fis-7 ta' Lulju 1949, [2][3] f'Forth Worth, Texas,[4][5] l-ewwel wild ta' Bobbie Ruth Crawford (née Massengale, 1929–2020), sensar tal-proprjetà, u Robert Richardson "Bobby" Duvall (1919–1994), irkantatur tal-baqar li sar avukat (u li mhux l-attur Robert Duvall, li ma kien jiġi xejn minn Shelley u l-familja tagħha).[5][6] Duvall kellhs tliet aħwa subien iżgħar minnha: Scott, Shane, u Stewart.[7]
Duvall qattgħet l-ewwel snin tagħha tgħix f’diversi postijiet madwar Texas minħabba x-xogħol ta’ missierha, qabel ma l-familja ssetiljat fi Houston meta kellha ħames snin.[5] Bħala tifla, Duvall kienet artistika u enerġetika, tant li eventwalment kisbet il-laqam "Manic Mouse" mingħand ommha.[8] Hija wkoll bdiet tinteressa ruħha fix-xjenza ta’ età żgħira, u bħala żagħżugħa aspirat li ssir xjenzat.[5] Wara li ggradwat minn Waltrip High School fl-1967,[9] Duvall biegħet il-kożmetiċi f'Foley's u attendiet is-South Texas Juniour College, fejn studjat in-nutrizzjoni u terapija tad-dieta.[8]
Karriera
immodifika1970ijiet
immodifikaMadwar l-1970, iltaqgħet ma' Robert Altman waqt party meta kien qed jiġbed Brewster McCloud (1970) f’Texas. Diversi membri tal-ekwipaġġ fuq il-film kienu affaxxinati bil-preżenza pożittiva u d-dehra fiżika unika ta’ Duvall, u talbuha tkun parti mill-film.[5] Duvall ikkummentat dwar l-impenn tagħha f'dan il-proġett: "Xbajt nargumenta, u ħsibt li forsi jien tassew attriċi. Qaluli biex immur. Sempliċement tlajt fuq ajruplan u għamiltha."[4] Duvall qatt ma kienet telaq minn Texas qabel Altman offrietha rwol. Hija waslet Hollywood, u sussegwentement dehret fil-film f'parti sekondarja.[4][10]
Sussegwentement Altman għażel lil Duvall għal rwoli ta' għarusa bil-posta mhux sodisfatta f'McCabe & Mrs. Miller (1971),[11] u bint ħabsi – u sieħbi tal-karattru ta' Keith Carradine – f'Thieves Like Us (1974). [12] Duvall deher bħala groupie spazjata fil-kummiedja ta' Altman Nashville (1975),[13] li kienet suċċess kritiku u kummerċjali, u mara simpatetika tal-Wild West f'Buffalo Buffalo Bill and the Indians, or Sitting Bull's History Lesson (1976).[14] Fl-istess sena, Duvall ħalliet lil Altman biex interpreta l-parti ta' Bernice, tfajla sinjura minn Wisconsin fl-adattament tal-PBS tar-rakkont qasir ta’ F. Scott Fitzgerald, Bernice Bobs Her Hair (1976).[15] Hija ppreżentat ukoll serata ta’ Saturday Night Live u dehret f’ħames skeċċis waqt dan il-programm: “Programming Change”, “Video Vixens”, “Night of the Moonies”, “Van Arguments”, u “Goodnights”.[16]
Fl-1977, Duvall interpretat il-parti ta' Mildred "Millie" Lammoreaux fit-thriller psikoloġiku ta' Robert Altman 3 Women, fejn dehret bħala mara li tgħix f'belt tad-deżert ta' Kalifornja. Għalkemm kien hemm skript miktub għall-film, Duvall, bħal membri oħra tal-kast, improvizzata ħafna mill-linji tagħha.[17] Minkejja li l-film ma kienx suċċess kbir fil-box-office, intlaqa' tajjeb mill-kritika,[18] u l-prestazzjoni ta' Duvall kienet imfaħħra sew mill-kritiċi. Il-kritiċi tat-Texas Monthly Marie Brenner u Jesse Kornbluth faħħru lil Duvall talli tat “prestazzjoni straordinarja”. Il-prestazzjoni tagħha kisbet il-premju għall-Aħjar Attriċi fil-Festival tal-Films ta' Cannes tal-1977 u l-Premju LAFCA għall-Aħjar Attriċi,[19] kif ukoll nominazzjoni għall-BAFTA.[20] Ftit wara dan, dehret f'parti żgħira fil-film Annie Hall ta' Woody Allen (1977). [21]
1980ijiet
immodifikaIr-rwol li jmiss ta' Duvall kien dak ta' Wendy Torrance f'The Shining (1980), ta' Stanley Kubrick. Jack Nicholson qal fid-dokumentarju tal-2001 Stanley Kubrick: A Life in Pictures li Kubrick kien stupend biex taħdem miegħu iżda li kien “direttur differenti” ma’ Duvall. Minħabba n-natura metodika ta’ Kubrick, il-fotografija prinċipali tal-film ħadet sena sħiħa biex titlesta. L-iskript tal-film tant inbidel li Nicholson waqaf jaqra kull abbozz. Kubrick antagonizza lill-atturi tiegħu, u Kubrick u Duvall kienu jargumentaw spiss. Kubrick iżola intenzjonalment lil Duvall, u għaddiet minn sessjonijiet ta' filming eżawrjenti, bħax-xena tal-istikka tal-baseball, li għamlet għal 127 darba.[22] Wara li spiċċaw ix-xogħol fuq il-film, Duvall ippreżenta lil Kubrick b'ċapep ta' xagħar li kienu waqgħulha minħabba l-istress estrem tal-iffilmjar. Għall-aħħar disa’ xhur tal-filming, hija qalet li r-rwol kien jeħtieġha tibki 12-il siegħa kuljum, ħames jew sitt ijiem fil-ġimgħa,[23] u “kien diffiċli tassew li tkun isterika għal dak it-tul ta’ ħin”.[24] F'intervista ma' Roger Ebert, hija qalet ukoll li l-produzzjoni tal-film kienet "kważi insupportabbli. Iżda minn perspettiva oħra, tassew film sbieħ ħafna, nissuponi." [25]
Anke jekk kienet imfaħħra għall-interpretazzjoni tagħha,[26] il-prestazzjoni ta' Duvall f'The Shining kienet oriġinarjament nominata għal Golden Raspberry Award għall-Agħar Attriċi. Erba’ deċennji wara, fl-2022, Maureen Murphy, ko-fundatriċi tal-Golden Raspberries, iddikjarat li ddispjaċiha li tat din-nomina lil Duvall.[27][28] Fil-31 ta' Marzu 2022, il-kumitat tar-Razzies irrevoka uffiċjalment in-nomina ta' Duvall: "Dakinhar skoprejna li l-prestazzjoni ta' Duvall kienet affettwata mit-trattament tagħha minn Stanley Kubrick matul il-produzzjoni." [29]
Waqt li Duvall kienet Londra taħdem fuq The Shining, Robert Altman għażilha biex taħdem il-parti ta' Olive Oyl fl-adattament tiegħu ta’ Popeye, flimkien ma' Robin Williams fil-parti prinċipali. Il-film kien suċċess kummerċjali minkejja li ma tantx mar tajjeb mal-kritiċi. Duvall kienet imfaħħra għall-prestazzjoni tagħha.[30][31] Il-kritiku tal-films Roger Ebert kiteb: "Shelley Duvall qisha pupa tal-kina prezzjuża b'personalità mċemplha. Hija tidher u tinstema' differenti minn kull ħaddieħor, u jekk hu veru li twieldet biex tinterpreta l-karattru Olive Oyl, huwa minnu wkoll li possibilment kellha aktar tipi ta’ karattri tassew differenti minn kważi kull attriċi żagħżugħa oħra tas-snin sebgħin.” (Il-film ġie evalwat mill-ġdid b'mod pożittiv fid-diċenji wara li ħareġ.) [32]
Wara Popeye, Duvall ħadmet il-parti ta’ Pansy f'Time Bandits (1981) ta’ Terry Gilliam. Ftit qabel il-ħruġ ta' dan il-film, ġie rrapportat li Duvall u l-attur Stanley Wilson (li jaħdem il-parti tal-barbier fir-raħal ta' Sweet Haven f'Popeye ) kienu se jiżżewġu.[33] Fl-1982, Duvall irrakkonta, ippreżentat, u kienet produttur eżekuttiv tal-programm televiżiv għat-tfal Faerie Tale Theatre. Hija ħadet sehem f'seba' episodji tas-sensiela; "Rumpelstiltskin" (1982), "Rapunzel" (1983), "The Nightingale" (1983), "Snow White and the Seven Dwarfs" (1984), "Puss in Boots" (1985), u "Aladdin and His Wonderful Lamp" (1986). Wara l-ewwel episodju tal-programm "The Frog Prince", li dehru fih Robin Williams u Teri Garr, Duvall ipproduċet 27 episodju ta' siegħa kull wieħed għall-programm. Fl-1985, ħolqot Tall Tales & Legends, serje oħra ta’ antoloġija ta’ siegħa għal Showtime, li kienet tinkludi adattamenti ta’ rakkonti folkloristiċi Amerikani. Bħall-Faerie Tale Theatre, is-sensiela kellha atturi magħrufa ta' Hollywood b'Duvall bħala preżentatur, produttur eżekuttiv, u kultant attriċi wkol. Is-serje kien fiha disa’ episodji u biha Duvall akkwistat nominazzjoni għall-Emmy .
Ħajja personali u mewt
immodifikaDuvall iżżewweġ lill-artist Bernard Sampson fl-1970, iżda ż-żwieġ tagħhom iddiżintegra hekk kif il-karriera ta' Duvall aċċellerat, u dan wassal għad-divorzju tagħhom fl-1974.[5] Waqt li kienet qed tieħu sehem f'Annie Hall fi New York fl-1976, Duvall iltaqgħet mal-kantant-awtur Paul Simon. Il-koppja daħlu f'relazzjoni ma' xulxin u għexu flimkien għal sentejn. Ir-relazzjoni tagħhom spiċċat meta Duvall introduċiet lil Simon lill-ħabiba tagħha, Carrie Fisher li saret is-sieħba l-ġdida tiegħu wara dan.[34] Fl-aħħar tas-snin sebgħin, Duvall għal xi żmien ħarġet ukoll ma' Ringo Starr.[35]
Duvall kienet f'relazzjoni mal-mużiċist u eks kantant ewlieni tal-Breakfast Club Dan Gilroy mill-1989 għall-bqija ta' ħajjitha. Ir-relazzjoni tagħhom bdiet sewwa sew waqt li kienu qed jieħdu sehem fl-ispettaklu ta’ Disney Channel Mother Goose Rock ‘n’ Rhyme, li kien ukoll prodott minn Duvall.[2] Hija ma kellha l-ebda wlied.[36][37]
F'Novembru 2016, Duvall kienet intervistata minn Phil McGraw waqt il-programm tiegħu ta' matul il-ġurnata, Dr Phil, dwar il-mard mentali tagħha.[38] Is-segment irċieva kritika sinifikanti mill-pubbliku, [39] xi wħud sostnew li kienet sfruttata.[40] Vivian Kubrick, bint id-direttur Stanley Kubrick, kitbet ittra miftuħa lil McGraw fuq Twitter,[41] filwaqt li l-attriċi Mia Farrow ukoll kitbet fuq Twitter li l-esperjenza kienet waħda “disturbanti u mhux etiku li Shelley Duvall ġiet sfruttata f’dan iż-żmien vulnerabbli ta’ ħajjitha”.[42]
Fil-11 ta’ Lulju 2024, erbat ijiem wara għeluq il-75 sena tagħha, Duvall mietet waqt l-irqad fid-dar tagħha f’Blanco, Texas, kawża ta' kumplikazzjonijiet tad-dijabete.[43][35]
Filmografija
immodifikaDiskografija
immodifikaPremjijiet u nominazzjonijiet
immodifikaSena | Premju | Kategorija | Xogħol | Riżultat | Ref |
---|---|---|---|---|---|
1977 | Cannes Film Festival | Best Actress | 3 Women | Mudell:Won (Ex-aequo) | [19] |
Los Angeles Film Critics Association | Best Actress | Mudell:Won | [45] | ||
National Society of Film Critics | Best Actress | Mudell:Draw | [46] | ||
New York Film Critics Circle | Best Actress | Mudell:Draw | [47] | ||
1978 | British Academy Film Award | Best Actress in a Leading Role | Mudell:Nominated | [48] | |
1984 | Peabody Award | Faerie Tale Theatre | Mudell:Won | [49] | |
1988 | Primetime Emmy Awards | Outstanding Children's Program | Tall Tales & Legends | Mudell:Nominated | [50] |
1992 | Outstanding Animated Program <small id="mwAmE">(for Programming Less Than One Hour)</small> | Shelley Duvall's Bedtime Stories | Mudell:Nominated | [39] | |
1998 | Gemini Award | Best Performance by an Actress in a Guest Role in a Dramatic Series | The Adventures of Shirley Holmes: "The Case of the Wannabe Witch" | Mudell:Nominated | [51] |
2019 | Women Film Critics Circle Award | Lifetime Achievement Award | Mudell:Nominated | [52] | |
2020 | Texas Film Award | Texas Film Hall of Fame | Mudell:Won | [53] |
Referenzi
immodifika- ^ "Shelley Duvall: The Shining and Annie Hall actress dies at 75". www.bbc.com. Arkivjat mill-orġinal fl-July 11, 2024. Miġbur July 11, 2024.
- ^ a b Abramovitch, Seth (February 11, 2021). "Searching for Shelley Duvall: The Reclusive Icon on Fleeing Hollywood and the Scars of Making 'The Shining'". The Hollywood Reporter. Arkivjat mill-orġinal fl-May 1, 2021. Miġbur February 11, 2021.
- ^ https://www.encyclopedia.com/arts/educational-magazines/duvall-shelley-alexis-1949.
|title=
nieqes jew vojt (għajnuna) - ^ a b ċ Taylor, Clarke (November 6, 1977). "How Did Shelley Duvall Become a Star?". Boca Raton News. Arkivjat mill-orġinal fl-July 11, 2024. Miġbur April 12, 2014 – via Google News. Żball fl-użu tar-referenzi: Invalid
<ref>
tag; name "howdid" defined multiple times with different content - ^ a b ċ d e f Kort, Michele (December 15, 1991). "Shelley Duvall Grows Up: There's a Lot of the Kid Left in the Tenacious Producer Who Put Cable on the Map and Breathed New Life into Children's TV". Los Angeles Times. Arkivjat mill-orġinal fl-August 19, 2021. Miġbur August 19, 2021. Żball fl-użu tar-referenzi: Invalid
<ref>
tag; name "grows up" defined multiple times with different content - ^ Kleiner, Dick (July 12, 1992). "Ask Dick". Santa Maria Times. p. C2. Arkivjat mill-orġinal fl-July 11, 2024. Miġbur August 16, 2018 – via Newspapers.com.
- ^ Klemesrud, Judy (March 23, 1977). "Shelley Duvall, An Unlikely Star" (PDF). The New York Times. Arkivjat (PDF) mill-orġinal fl-July 11, 2024. Miġbur June 15, 2018.
- ^ a b "Shelley Duvall". The Biography Channel. Arkivjat mill-orġinal fl-July 11, 2024. Miġbur September 13, 2017.
- ^ "A Tribute to Actress/Producer Shelley Duvall". Waltrip Alumni Association. Arkivjat mill-orġinal fl-December 8, 2021. Miġbur February 9, 2022.
- ^ Dingus, Anne (July 1999). "What Part Did Shelley Duvall Beat Out Gilda Radner For?". Texas Monthly. Arkivjat mill-orġinal fl-May 27, 2014. Miġbur May 25, 2014.
- ^ Ebert, Roger (November 14, 1999). "McCabe & Mrs. Miller". RogerEbert.com. Miġbur 12 July 2024.
- ^ "Thieves Like Us". Two Women: Early Films of Sissy Spacek and Shelley Duval. Brooklyn Academy of Music. JUL 8, 2024. Miġbur 12 July 2024. Iċċekkja l-valuri tad-data f':
|data=
(għajnuna) - ^ "Shelley Duvall, star of 'The Shining' and 'Nashville,' dies at 75". Newsradio WGAN. July 11, 2024. Miġbur 12 July 2024.
- ^ "Shelley Duvall, 'The Shining' actor and Robert Altman muse, dies at 75". NBC News. July 11, 2024. Miġbur 12 July 2024.
Other works included "McCabe & Mrs. Miller," "Thieves Like Us," "Nashville," "Buffalo Bill and the Indians" and "Annie Hall."
- ^ Hischak, Thomas S. (January 10, 2014). American Literature on Stage and Screen: 525 Works and Their Adaptations. Jefferson, NC: McFarland. p. 23. ISBN 978-0-786-49279-4. Arkivjat mill-orġinal fl-July 11, 2024. Miġbur February 11, 2022.
- ^ "Season 2: Episode 21". Saturday Night Live Transcripts. Arkivjat mill-orġinal fl-November 18, 2018. Miġbur April 12, 2014.
- ^ Sterritt, David. "3 Women: Dream Project". The Criterion Collection. Arkivjat mill-orġinal fl-May 18, 2022. Miġbur November 24, 2020.
- ^ Canby, Vincent (April 11, 1977). "Altman's '3 Women' a Moving Film; Shelley Duvall in Memorable Role". The New York Times (bl-Ingliż). ISSN 0362-4331. Arkivjat mill-orġinal fl-July 11, 2024. Miġbur February 9, 2022.
- ^ a b "Awards 1977: All Awards". festival-cannes.fr. Arkivjat minn l-oriġinal fl-December 4, 2013.
- ^ "BAFTA Awards Search: 1978 Film Actress". BAFTA Awards. Arkivjat mill-orġinal fl-June 22, 2022. Miġbur September 13, 2017.
- ^ Shoard, Catherine. "Shelley Duvall, star of The Shining and Annie Hall, dies aged 75". The Guardian (July 11, 2024). Arkivjat mill-orġinal fl-July 12, 2024. Miġbur July 11, 2024.
- ^ Vivinetto, Gina (July 11, 2024). "Shelley Duvall and 'The Shining': What she said about her experiences". Today. Miġbur 12 July 2024.
- ^ "The Razzies rescinded Shelley Duvall's Worst Actress nomination for 'The Shining.' Here's why. - The Washington Post". web.archive.org. 2023-04-20. Miġbur 2024-07-12.
- ^ "SHELLEY DUVALL/KUBRICK BBC INTERVIEW "The Shining" 1981 (HD) - YouTube". web.archive.org. 2023-04-15. Miġbur 2024-07-12.
- ^ Ebert, Roger (December 14, 1980). "Interview with Shelley Duvall". Chicago Sun-Times. Arkivjat mill-orġinal fl-April 23, 2015 – via RogerEbert.com.
- ^ "The Razzies' Most Controversial Nominations Ever". January 26, 2023. Arkivjat mill-orġinal fl-March 24, 2023. Miġbur June 5, 2024.
- ^ Sharf, Zack (February 22, 2022). "Razzie Awards Founder Regrets Shelley Duvall's 'Shining' Nomination: 'I'd Take That Back'". Variety. Arkivjat mill-orġinal fl-February 24, 2022. Miġbur February 23, 2022.
- ^ Bergeson, Samantha (February 22, 2022). "Razzie Founders Say They Would 'Take Back' Shelley Duvall's Worst Actress Nomination for 'The Shining'". IndieWire (bl-Ingliż). Arkivjat mill-orġinal fl-February 23, 2022. Miġbur February 23, 2022.
- ^ "Razzie Awards Rescind Bruce Willis Award, Shelley Duvall Nomination". web.archive.org. 2022-03-31. Miġbur 2024-07-12.
- ^ "Popeye". Box Office Mojo. Arkivjat mill-orġinal fl-May 11, 2021. Miġbur November 24, 2020.
- ^ "Critic Reviews for Popeye". Metacritic. Arkivjat mill-orġinal fl-February 3, 2023. Miġbur August 24, 2022.
- ^ Ebert, Roger (January 4, 1981). "Shelley Duvall Was Ripe for Role of Olive". Sarasota Herald-Tribune. New York Times Wire Service. Arkivjat mill-orġinal fl-May 18, 2022. Miġbur February 9, 2022.
- ^ "Shelley Duvall Announces Plans to Marry This Year". St. Petersburg Times. Associated Press. April 13, 1981. p. 3A. Arkivjat mill-orġinal fl-May 18, 2022. Miġbur February 1, 2021.
- ^ Armstrong, Lois (March 16, 1981). "Olive's Wasn't the Only 'Popeye' Love Story—Shelley Duvall Snagged a Prince Charming Too". People. Arkivjat minn l-oriġinal fl-April 16, 2014.
- ^ a b Risen, Clay (2024-07-11). "Shelley Duvall, Star of 'The Shining' and 'Nashville,' Dies at 75". The New York Times (bl-Ingliż). ISSN 0362-4331. Arkivjat mill-orġinal fl-July 11, 2024. Miġbur 2024-07-11.
- ^ Breen, Kerry (July 11, 2024). "Shelley Duvall, star of "The Shining" and "Popeye," dies at 75". CBS News. Arkivjat mill-orġinal fl-July 11, 2024. Miġbur July 11, 2024.
- ^ Kort, Michele (July 11, 2024). "SHELLEY DUVALL GROWS UP : There's a Lot of the Kid Left in the Tenacious Producer Who Put Cable on the Map and Breathed New Life into Children's TV". Los Angeles Times. Arkivjat mill-orġinal fl-March 22, 2023. Miġbur July 11, 2024.
- ^ "'Shining' actress Shelley Duvall tells Dr. Phil she's mentally ill". USA Today. November 16, 2017. Arkivjat mill-orġinal fl-August 7, 2017. Miġbur August 14, 2019.
- ^ a b Vincent, Alice (October 30, 2019). "Shelley Duvall: The Shining's saddest legacy". The Telegraph. Arkivjat mill-orġinal fl-February 4, 2023. Miġbur August 29, 2023.
- ^ De Moraes, Lisa (November 18, 2016). "'Dr. Phil' Airs Hour Of Ill & Confused Shelley Duvall For November Sweep Broadcast, Triggering Hollywood Outrage". Deadline Hollywood. Arkivjat mill-orġinal fl-November 23, 2016. Miġbur August 14, 2019.
- ^ Kubrick, Vivian. "My Letter to you Dr Phil". Twitter. Arkivjat mill-orġinal fl-February 25, 2021. Miġbur February 25, 2021.
- ^ Farrow, Mia. "To Dr. Phil". Twitter. Arkivjat mill-orġinal fl-February 21, 2021. Miġbur February 25, 2021.
- ^ Barnes, Mike (July 11, 2024). "Shelley Duvall, Robert Altman Protege and Tormented Wife in 'The Shining,' Dies at 75". The Hollywood Reporter. Arkivjat mill-orġinal fl-July 11, 2024. Miġbur July 11, 2024.
- ^ a b "Shelley Duvall. Discography". AllMusic (bl-Ingliż). Arkivjat mill-orġinal fl-May 7, 2022. Miġbur July 11, 2024.
- ^ "Awards for 1977". Los Angeles Film Critics Association. Miġbur 12 July 2024.
- ^ "'Annie Hall' Picked as Best of '77 By National Film Critics Society". The New York Times. 20 December 1977. Miġbur 3 January 2018.
- ^ Maslin, Janet (22 December 1977). "Critics' Circle Picks 'Annie Hall'". The New York Times. Miġbur 29 December 2017.
- ^ "BAFTA Awards Search: 1978 Film Actress". BAFTA Awards. Arkivjat mill-orġinal fl-June 22, 2022. Miġbur September 13, 2017.
- ^ "Faerie Tale Theatre (1984 winner - Showtime)". Peabody Awards. Miġbur 12 July 2024.
- ^ "Shelley Duvall: Awards and Nominations". Television Academy Emmys. ATAS. Miġbur 12 July 2024.
- ^ "Gemini Awards/Prix Gemeaux: The Gemini nominees, 1998". PlayBack. August 24, 1998. Miġbur 12 July 2024.
- ^ Neglia, Matt (December 9, 2019). "The 2019 Women Film Critics Circle (WFCC) Winners". Next Best Picture (bl-Ingliż). Arkivjat mill-orġinal fl-December 11, 2019. Miġbur July 11, 2024.
- ^ "AFS Announces 2020 Texas Film Hall of Fame Honorees Erykah Badu and Shelley Duvall for March 12 Event, Rising Star Award for Kaitlyn Dever, Star of Texas Award for the 1970 film Brewster McCloud, featuring Duvall and Michael Murphy, Screening featuring cast on March 11". Arkivjat mill-orġinal fl-March 7, 2023. Miġbur March 7, 2023.
Ħoloq esterni
immodifika- Shelley Duvall fuq l-Internet Movie Database
- Shelley Duvall f'AllMovie
- Shelley Duvall - diskografija fuq Discogs