Shanta Gokhale
Shanta Gokhale (imwielda fl-14 ta' Awwissu 1939) hija kittieba, traduttriċi, ġurnalista u kritiku teatrali Indjana. Hija magħrufa l-aktar għax-xogħlijiet tagħha Rita Welinkar u Tya Varshi.
Shanta Gokhale | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Dahanu, 14 Awwissu 1939 (85 sena) |
Nazzjonalità | Indja |
Edukazzjoni | |
Alma mater |
Università ta' Bristol Università ta' Mumbai |
Lingwi |
Ingliż Marathi |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
awtur ġurnalist traduttur |
Ħajja bikrija u edukazzjoni
immodifikaGohkale twieldet f'Dahanu fid-distrett ta' Palghar ġewwa l-istat ta’ Maharashtra. Fl-1941, il-familja ta' Gokhale marret toqgħod fil-viċinanzi ta' Shivaji Park f'Mumbai. Fl-istess sena missierha, GG Gokahle, beda jaħdem mal-gazzetta Searchlight, u aktar tard ingħaqad mal- kumpanija Bennett and Coleman.[1]
Gokhale kisbet l-edukazzjoni tagħha mill-Iskola Skoċċiża ta’ Mumbai f’Mahim. Meta kellha 15-il sena marret l-Ingilterra fejn iggradwat b’Baċellerat fl-Arti (Unuri) fil-Letteratura Ingliża mill-Università ta’ Bristol u rritornat l-Indja meta kellha 21 sena, fejn kisbet Maġisteru (Unuri) fil-Letteratura Ingliża mill-Università ta’ Mumbai. Sussegwentement, Gokhale daħlet fil-Xavier Institute of Communications f’Mumbai, fejn studjat il-komunikazzjoni u l-produzzjoni awdjoviżiva.[2][3]
Karriera
immodifikaShanta Gokhale preċedentement ħadmet bħala għalliema fuq bażi part-time fil-Kulleġġ Elphinstone[4], u bħala uffiċjal tar-relazzjonijiet pubbliċi fil-Laboratorji Glaxo.[5]
Traduzzjoni
immodifikaBħala traduttriċi, Gokhale ħadmet fuq l-awtobijografija magħrufa tal-attriċi veterana Durga Khote, u ppubblikat traduzzjonijiet ta’ diversi drammi, kemm minn u kif ukoll għal-lingwa Marathi minn drammaturgi ewlenin bħal Mahesh Elkunchwar, Vijay Tendulkar, G.P. Deshpande, u Satish Alekar.[6] Hija tagħti mertu lil ommha għall-ispirazzjoni li tatha sabiex tittraduċi r-rikkezza tal-letteratura fil-Marathi.[4] Fuq is-suġġeriment tal-ħabib tagħha Satyadev Dubey, hija bdiet il-ħidma tagħha fit-traduzzjoni bid-dramm Avadhya ta’ C.T. Khanolkar, waqt li kienet qed tgħix f’Visakhapatnam.[6] Uħud mit-traduzzjonijiet l-oħra tagħha jinkludu Em Ani Hoomrao (ir-rumanz ta’ Jerry Pinto, Em And The Big Hoom tradott għall-Marathi), Begum Barve (id-dramm Marathi ta’ Satish Alekar bl-istess isem, tradott għall-Ingliż), I, Durga Khote (l-awtobijografija ta’ Durga Khote fil-Marathi, tradotta għall-Ingliż) u Guru Dutt: A Tragedy in Three Acts (il-ktieb Marathi tal-eks raġel tagħha Arun Khopkar, dwar Guru Dutt, intitolat Guru Dutt: Teen Anki Shokantika, tradott għall-Ingliż).[7] Fl-2018, Gokhale ppubblikat Smritichitre: The Memoirs of a Spirited Wife, tradott mill-verżjoni oriġinali fil-Marathi u ppubblikat minn Lakshmibai Tilak f'erba' partijiet bejn l-1931 u l-1936.[8]
Referenzi
immodifika- ^ "A critic takes centrestage: What makes Shanta Gokhale a renaissance person" (bl-Ingliż). 2019-07-21. Miġbur 2023-03-16.
- ^ Ramnath, Nandini (2006). "Grew up in Shivaji Park". Time Out Mumbai. Archived from the original on 16 July 2011. Retrieved 22 March 2012.
- ^ Tripathi, Salil (18 January 2019). "A quiet, illuminating force". Livemint. Retrieved 13 April 2020.
- ^ a b "फरक पडणार हे नक्की!" [Make a Difference for Sure!]. Loksatta (in Marathi). 13 October 2018. Archived from the original on 9 December 2018. Retrieved 9 December 2018.
- ^ Pinto, Jerry (8 May 2016). "The modest Shanta Gokhale". The Week. Retrieved 9 December 2018.
- ^ a b Ganesh, Deepa (18 June 2016). "I am driven by an evangelical imperative". The Hindu. ISSN 0971-751X. Archived from the original on 16 December 2018. Retrieved 10 December 2018.
- ^ Paikat, Anita (24 March 2018). "Never been satisfied with films adapted from plays, says Shanta Gokhale". Cinestaan. Retrieved 9 December 2018.
- ^ Nabar, Vrinda (23 March 2018). "Review - Smritichitre: The Memoirs of a Spirited Wife by Lakshmibai Tilak". Hindustan Times.