Sansa, il-Monasteri Buddisti tal-Muntanji tal-Korea t'Isfel

tempji Buddisti tal-Korea t'Isfel
(Rindirizzat minn Sansa)

Sansa, il-Monasteri Buddisti tal-Muntanji tal-Korea t'Isfel (bil-Korean: 산사; bil-Hanja: 山寺) huma tip ta' monasteri Buddisti tal-muntanji fil-Korea t'Isfel. Seba' minnhom ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2018.[1] Hemm bosta sansa Buddisti fit-territorju muntanjuż tal-pajjiż.

Bongjeongsa f'Andong, il-Korea t'Isfel.

It-terminu sansa huwa magħmul minn żewġ kelmiet: san u sa li jfissru muntanja u monasteru/tempju.

Sit ta' Wirt Dinji

immodifika

Is-Sansa, il-Monasteri Buddisti tal-Muntanji tal-Korea t'Isfel, ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2018.[1]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet".[1]

Seba' Komponenti

immodifika

Dan is-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO huwa magħmul minn seba' komponenti:[2]

Sansa Post Sena ta' stabbiliment
  Tongdosa

(bil-Korean: 통도사; bil-Hanja: 通度寺)

Yangsan 646
  Buseoksa

(bil-Korean: 부석사; bil-Hanja: 浮石寺)

Yeongju 676
  Bongjeongsa

(bil-Korean: 봉정사; bil-Hanja: 鳳停寺)

Andong 677
  Beopjusa

(bil-Korean: 법주사; bil-Hanja: 法住寺)

Il-Kontea ta' Boeun Nofs is-seklu 8
  Magoksa

(bil-Korean: 마곡사; bil-Hanja: 麻谷寺)

Gongju L-aħħar nofs tas-seklu 9
  Seonamsa

(bil-Korean: 선암사; bil-Hanja: 仙巖寺)

Suncheon L-aħħar nofs tas-seklu 9
  Daeheungsa

(bil-Korean: 대흥사; bil-Hanja: 大興寺)

Il-Kontea ta' Haenam L-aħħar nofs tas-seklu 9

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Sansa, Buddhist Mountain Monasteries in Korea". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-12-17.
  2. ^ "Dokument tan-Nominazzjoni".