Nikola ta' Flüe
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Imwieled fl-1417 f'Obwalden fl-Iżvizzera. Minkejja li kien iħossu msejjaħ għall-ħajja ta' eremita, f'żogħżitu huwa kellu jaċċetta numru ta' karigi ċivili u militari. Ta' 28 sena, iżżewweġ lil Dorothea Wyss u kellhom għaxar ulied.
Meta għalaq 50 sena, bil-kunsens ta' martu huwa beda jgħix ta' eremit f'Alsazia. Il-ħajja qaddisa tiegħu u s-sawm iebes li kien jagħmel ġibdu l-kurżità tan-nies tal-post. Għalhekk telaq lejn Ranft, wied imwarrab qrib Flue.
Kien joħroġ minnu biss għall-quddiesa u meta pajjiżu kellu bżonnu: fl-1473 quddiem it-theddida Awstrijaka, u fl-1481 u fl-1482 meta kien hemm periklu serju ta' gwerra ċivili: u rnexxielu jġib ir-rikonċiljazzjoni bejn il-partijiet tant li bdew isejħulu "Missier il-Patrija".
Edifikati mix-xhieda tiegħu ta' talb u penitenza (għamlu xahar jissindikawh), in-nies tal-post bnewlu eremitaġġ u kappella, ikkonsagrata fl-1469.
San Nikola ta' Flue miet nhar il-21 ta' Marzu 1487. Ġie ddikjarat beatu fl-1669, u qaddis minn Papa Piju XII fl-1947 li ddikjarah ukoll Qaddis Patrun tal-Iżvizzera: "«Bħalma l-qaddis eremit qiegħed il-paċi, saħħaħ u poġġa fuq sisien sodi art twelidu, jalla llum ukoll il-Mulej jagħti qawwa lill-umanità biex bl-eżempju mdawwal tiegħu u l-isforzi tiegħu biex tinstab soluzzjoni għall-problemi, tasal għall-paċi bbażata fuq prinċipji sodi.»