Ġużepp ta' Kopertinu

(Rindirizzat minn San Ġużepp ta' Kopertinu)

Giuseppe minn Copertino, jew Giuseppe Maria Desa (Copertino, Italja, 17 ta' Ġunju 1603 – Osimo, 18 ta' Settembru 1663), kien Patri Franġiskan Konventwali Taljan. Kien iddikjarat qaddis minn Papa Klement XIII fl-1767.

S. Giuseppe da Copertino jitla ’waqt it-titjira fil-vista tal-Bażilika ta’ Loreto

Bin Felice Desa, ħajjat u bniedem ta' qalb tajba u ma kienx sabha bi tqila li jħallas id-djun ta' x'uhud mill-hbieb tieghu; imma l-istess generozità tieghu kienet il-htija li hu nnifsu kellu jiddejjen biex izomm il-familja fqira tieghu, u kellu sahansitra jahrab minn daru biex ma jaqax taht il-pieni tal-ligi. Fi zmien meta martu Franceschina, imwielda Panaca, kienet se twelled lil Giuseppe, il-pulizija kienet qed tigri warajhom. Ghal­hekk hi kellha tinheba fi stalla fil-qrib sabiex ma tinstabx. Kienet tilfet erbgha minn uliedha f'eta ckejkna hafna.

Fi zmien meta ulied il-ghonja biss kienu jistudjaw, ommu baghtitu jitghallem. Guzeppi, fi tfulitu, kellu natural difficli u, billi kien malajr jirrabja, hu ma tantx kellu hbieb.

Guzeppi kien ghadu ta' seba' snin meta meta kellu jaqta' mill-iskola. Tumur f'dahru, li deher li kien il-bidu ta' kankru, tefghu f'qiegh ta' sodda ghal hames snin shah. Ir-rimedji tat-tobba ma swew ghalxejn. Imma, imbaghad, ommu fis-sena 1615 haditu fis-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja f'Galatone, u dilkitlu dahru biz-zejt li kien jixghel quddiem il-Madonna. Hu dlonk hassu ghaddej ghall-ahjar, u, tul hajtu kollha, baqa' dejjem konvint li dak in-nhar il-Madonna gham­let miraklu mieghu.

Guzeppi ta' tnax-il sena beda jaqla' xi haga billi jbigh il-haxix; imbaghad hu beda jghin 'il wiehed mastrudaxxa. Imma hu donnu ma kien jinqala' ghal xejn. Guzeppi beda jhass ukoll li Alla kien qieghed sejjahlu ghall-hajja religjuza. L-ewwel gibda tieghu kienet lejn l-Ordni tal-Frangiskani Konventwali, kellu xi qraba; imma l-Frangiskani ma rawhx adattat. Guzeppi qatt ma habbat hlief bibien ta' Ordnijiet Frangiskani ohrajn. Hu xxennaq ghall-hajja religjuza fost il-Frangiskani Riformati; imma dawn baqghu jtawlulu.

Mal-Franġiskani

immodifika

Fis-sena 1620, il­-Kapuccini laqghuh bhala Fratell, u bdewlu n-novizzjat f'Martina­franca bl-isem ta' Fra Stiefnu. Imma, ghalkemm twajjeb, ma sata' jaqbad f'xejn: la biex jaghmel xi haga fl-għalqa, u lanqas biex jgħin fil-kcina. Kollox deher kontra tieghu gha­liex, fi zmien in-novizzjat, kellu tumur f'irkopptu, u hu nnifsu ghamel l-izball li pprova jnehhih minghajr ghajnuna ta' ta­bib. Ghalhekk, wara tmien xhur novizzjat, il-Kapuccini bagh­tuh lura lejn daru bhala wiehed li ma kienx kapaci ghall-hajja tal-kunvent. Guzeppi kien għad għandu ta' 18-i1 sena. Imma kien digà bata hafna; b'mod specjali, in-nuqqas ta' hila tieghu ghaddieh minn hafna umiljazzjonijiet.

Fis-sena 1621, il-Frangiskani Konventwali raw ir-rieda tajba ta' dak iz-zaghzugh, u accettawh bhala Fratell fil-kunven­t ta' Santa Maria della Grottella, qrib Copertino. Xi pass 'il quddiem kien sar ghax Guzeppi ghamel hiltu kollha biex, flimkien mar-rebh fuqu nnifsu biex jghix dejjem ahjar, hu qaghad attent halli bl-akbar ezattezza jiddedika ruhu wkoll għat-tindif tal-kunvent. Imma l-Patrijiet intebhu li Guzeppi, matul il-lejl, fil-hinijiet ta' l-akbar hemda, meta kulhadd kien jistrieh, kien qed jghaddi sighat fl-istudju.

Diffikultajiet fl-Istudju

immodifika

Wiehed miz-zijiet tieghu li kien Patri Frangiskan, ghalkemm fi zminijiet ohrajn ma ried jaghmel xejn ghalih ghax iz-zaghzugh ma kienx qed jispiralu fiducja, ghenu biex mill-istat ta' Fratell, ghaddi ghal dak ta' kjerku, u jibda jithejja biex isir sacerdot. Dan gara fis-sena 1625. F'dik is-sena hu beda n-novizzjat tieghu.

Xejn ma kienet haga haffa ghaz-zaghzugh meta hu kellu jistudja l-Latin. Kien sforz kbir fuqu nnifsu biex lilu sehhlu jistudja bl-amment it-tnax-il kapitlu tar-Regola Frangiskana. Imma, fis-sena 1626, huwa radd hajr minn qalbu lil Alla talli s-Superjuri tieghu accettawh ghall-professjoni relig­juza fi hdan il-Frangiskani Konventwali. Ghalkemm b'passi tqal, Guzeppi baqa' miexi 'l quddiem. Kien b'ferh kbir ghalih meta beda tiela' t-tarag tal-artal.

Wara ezami li swieh tant qtigh il-qalb, fis-6 ta' Jannar, 1627, Guzeppi rcieva l-ordni sagru tad-djakonat, u ma kienx fadallu hlief l-ahhar pass biex isir sacerdot. F’dak iz-zmien, hu kien fil-belt ckejkna ta' Nardò fejn kien qed jaghmel l-ahhar thejjijiet ghas-sacerdozju. Qatt f'hajtu ma kellu tant biza' mill-ezami. Imma, min-naha l-ohra, qatt ma helisha b'tant heffa. Hu baqa' jipprepara sal-ahhar, u shabu bdew dehlin qablu. Imma l-Isqof baqa' mista­ghgeb kemm kienu ippreparati tajjeb dawk iz-zghazagh fran­giskani; ghalhekk, hu ggudika li ma kienx hemm ghalfejn jib­qa' jezamina lill-ftit li kien fadal. Ghalhekk, Guzeppi helisha, u gie ordnat sacerdot minghajr ma resaq ghall-ezami. Dan kien fit-18 ta' Marzu, 1628.

San Guzepp ta' Copertino temm perjodu difficli hafna fil-­hajja tieghu meta, bil-ghajnuna li tah Alla, hu gie ordnat sa­cerdot. Minbarra mill-preparazzjoni bl-istudju, Guzeppi thejja ghall-ezamijiet bis-sawm u bit-talb. Barra minn hekk, il-biza' kien il-htija li hu ghadda ljieli shah li matulhom ma satax jor­qod. Ghal din ir-raguni, kull min jistudja jara f'San Guzepp ta' Copertino l-qaddis li jharsu mis-sema. L-istudenti tad-dinja kollha jirrikorru lejh sabiex jghinhom b'mod specjali fiz-zmien difficli tal-ezamijiet.

Quddiem l-Inkwiżizzjoni

immodifika

F'Ottubru, 1638, Guzeppi rcieva l-ordni biex jidher quddiem l-Inkwizitur ta' Napli wara rapporti li kien qed jinqata' mill-art waqt it-talb. Guzeppi vvjagga minn Copertino ghal Napli, u mar fil-kunvent tal-Frangiskani Konventwali ta' San Lorenzo Maggiore. Il-Patrijiet ma hadux gost jilqghu fost­hom 'il wiehed li gie akkuzat quddiem l-Inkizizzjoni. Quddiem l-Inkizitur, b'diffikulta kbira, Guzeppi rrakkonta l-ghegubijiet li Alla kien qed jaghmel mieghu. Ghall-ewwel, hu ma impress­jona 'l hadd. Lilu ordnawlu jaqra bicca mill-Ufficcju Divin biex jaraw kellux xi kwalita tajba biex ikun sacerdot.

Jumejn wara, dawk l-imhallfin ordnawlu jqaddes, u huma attendew ghall-Quddiesa tieghu. Waqt il-Quddiesa, hu tala' estasi. Hu­ma riedu jkunu jafu minghandu x'kien jigri fost il-poplu meta kien jiġrilu hekk. Imma hu ma kienx jaf x'jaqbad iwegibhom. Kien ahjar li jistaqsu lin-nies. L-Inkwizizzjoni ta' Napli ma sabitx fiex tikkundannah; imma hu ma giex iddikjarat innocenti. Il-process kellu jkompli qudd­iem il-Papa nnifsu, u ma ntemmx b'dikjarazzjoni ta' inno­cenza hlief wara disa' xhur.

Imma Guzeppi ntbaghat quddiem il-Miinistru General ta' l-ordni li kien P. Gwannbattista Berar­dicelli. Bhala Patri li habat difru mat-Tribunal ta' l-Inkwiziz­zjoni, Guzeppi ma satax jintlaqa' tajjeb mill-General tal-Ord­ni. Anki jekk kien innocenti, kien hemm bzonn li jghix maq­tugh min-nies u mbieghed minn artu. Hu rcieva l-ordni li jmur fil-komunita tas-Sacro Convento ta' Assisi.

Guzeppi wasal Assisi fit-30 ta' April, 1639, u baqa' jghix hemm ghat-tul ta' erbatax-il sena. Hu kellu jghix maqtugh min-nies; imma l-qdusija tieghu kienet tinhass hafna. Persunaggi maghrufin bdew ifittxuh; imma dawn ma setghux jit­kellmu mieghu hlief wara li kien jinqala' l-permess. Fost l-ohrajn, il-princep Luteran Gwanni Federiku ta' Brunswick tqanqal minn kliemu u kkonverta ghar-religjon Kattolika. Ghalkemm ta' ftit skola, il-pariri tieghu kienu juru gherf kbir.

Il-Papa Innocenzu X, fis-sena 1653, osserva li Guzeppi ma kienx qed jghix maqtugh min-nies. L-ordni kien li hu jghix mifrud sahansitra minn shabu l-Patrijiet stess. Kienu ghaddew 14-i1 sena; imma dak l-ordni kien ghadu jghodd fil­-qawwa tieghu. Ghalhekk, il-kaz ta' Guzeppi raga' tressaq ghal darb'ohra quddiem l-Inkwizizzjoni.

Il-kastig li Guzeppi rcieva kien wiehed ahrax, u li ma kienx soltu jinghata. Hu rcieva l-ordni li jitlaq minn fost hutu, il-Frangiskani Kon­ventwali, u jmur jghix ghal zmien indeterminat gewwa Pie­trarubbia, f'kunvent tal-Kapuccini li kien qieghed f'quccata ta' gholja; minn hemm, hu rega' ttiehed fil-kunvent kapuc­cin ta' Fossombrone. Guzeppi kien fl-istat ta' wiehed habsi; imma l-Kapuccini taffewlu hafna minn dik it-tbatija gha­liex huma ntebhu li l-prigunier li kellhom kien persunagg straordinarju.

F'dak iz-zmien, Guzeppi kien jilbes ta' Kapuccin. Il-Ka­puccini, li kienu saru qishom hutu, kienu jmorru ta' sikwit fil-kamra tieghu biex jisimghuh jitkellem, u jiehdu pariri ­minghandu.

Bil-mod il-mod, kulhadd sar konvint mill-qdusija ta' Guzeppi. Din issaffiet bi provi mill-izjed kbar. Il-Frangiskani Konventwali ta' Assisi kienu hallewlu c-cella tieghu kif kienet biex hu jkun jista' jerga' jirritorna fiha. Id-decizjoni fil­kaz tieghu riedet tigi mill-Papa. Imma Papa Alessandru VII wiegeb lill-Frangiskani Konventwali b'dawn il-kelmiet: "Ahna ma rriduhx f'dak is-Santwarju. Hemm, intom diga ghand­kom 'il San Frangisk. Ma rridux li jkun hemm San Frangisk iehor".

Sadanittant, fl-10 ta' Lulju, 1657, Guzeppi rcieva l-ordni li jhalli l-kunvent tal-Kapuccini u jirritorna fost hutu l-Frangiskani Konventwali tal-kunvent ta' Osimo fil-Marche. Guzeppi laqa' dak l-ordni bil-ferh. Huwa u diehel f'dak il-kunvent b'farag fil-galb tieghu, Guzeppi stqarr: "Dan hu l-post tal-mistrieh tieghi". Il-belt ta' Osimo ferrhet il-qalb ta' Guzeppi ta' Copertino­. Hu kien mimli bl-imhabba lejn il-Madonna. Dak il-kun­vent ma hux imbieghed wisq mill-belt ckejkna ta' Loreto fejn hemm Santwarju tad-dar tal-Madonna.

Fis-sena 1663, meta hu ghalaq 60 sena, is-sahha ta' Guzeppi baqghet sejra dejjem lura.Fis-17 ta' Settembru, nhar il-festa tal-Pjagi ta' Missieru San Frangisk, Guzeppi bilkemm sata' jibla' l-ostja li s-sacerudot qarbnu biha. Hu offra dik l-ahhar tqarbina tieghu ghall-bzonnijiet tat-Papa u tal-knisja.

Nhar it-18 ta' Settembru, 1663, Guzeppi talab fis-skiet waqt li qaghad jistenna bil-kalma lill-mewt li, bhal San Fran­gisk, sejhilha "Ohti". Ftit qabel nofs il-lejl, miet.

Fis-16 ta' Lulju, 1767, il-Papa Klement XIII ghollieh ghall­-gieh ta' Qaddis.

Minn dak iz-zmien 'il hawn, il-fdal tieghu baqa' dejjem meqjum fil-belt ta' Osimo fejn il-Frangiskani Konventwali ddedikaw ghalih Santwarju li gie moghti t-titlu ta’ bazilka. Ghalkemm ma ghex f'din il-belt ckejkna hlief fl-ahhar snin ta' hajtu, illum, l-akbar qima li tinghatalu hi minn dan il-post ckejken qrib il-belt ta’ Ancona. Imma ismu baqa' marbut mal-post fejn hu twieled ghaliex minn dejjen: baqa' maghruf bhala “San Guzepp ta' Copertino".